EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0695
Case C-695/17: Request for a preliminary ruling from the Helsingin käräjäoikeus (Finland) lodged on 12 December 2017 — Metirato Oy, in liquidation v Finnish State / Tax Authority, Estonian State / Maksu- ja Tolliamet
Kawża C-695/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin käräjäoikeus (il-Finlandja) fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Metirato Oy in Liquidation vs Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet
Kawża C-695/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin käräjäoikeus (il-Finlandja) fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Metirato Oy in Liquidation vs Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet
ĠU C 83, 5.3.2018, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 83/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin käräjäoikeus (il-Finlandja) fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Metirato Oy in Liquidation vs Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet
(Kawża C-695/17)
(2018/C 083/17)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin käräjäoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Metirato Oy in Liquidation
Konvenuti: Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-djun li għandhom jiġi rkuprati skont talba għall-irkupru għandhom jiġu ttrattati mill-Istat Membru rikjest daqslikieku dawn kienu djun ta’ dan l-Istat, fis-sens li,
|
2) |
Id-Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li d-djun ta’ Stat Membru ieħor għandhom, skont talba għall-irkupru, jiġu rkuprati permezz tal-użu tal-istess mezzi, iżda b’mod li l-ammonti hekk irkuprati jibqgħu sseparati u distinti mill-beni tal-Istat Membru rikjest, jew għandha tiġi interpretata fis-sens li dawn l-ammonti għandhom jiġu rkuprati b’mod parallel mad-djun tal-Istat Membru rikjest, b’mod li dawn jitħalltu mal-beni tal-Istat Membru rikjest? Fi kliem ieħor: id-Direttiva hija intiża biss sabiex tipprojbixxi t-trattament inqas favorevoli ta’ djun ta’ Stat Membru ieħor? |
3) |
Huwa possibbli li tilwima dwar ir-reintegrazzjoni ta’ beni fl-assi tal-falliment titqies li hija tilwima dwar il-miżuri ta’ infurzar fis-sens tal-Artikolu 14(2), u jista’ wieħed jiddeduċi minn dan li, skont id-Direttiva, l-Istat Membru rikjest huwa wkoll konvenut f’tali tilwima? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU 2010, L 84, p. 1).