This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0691
Case C-691/17: Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (Hungary) lodged on 11 December 2017 — PORR Építési Kft. v Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Kawża C-691/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Kawża C-691/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
ĠU C 112, 26.3.2018, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-691/17)
(2018/C 112/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PORR Építési Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE (1), u b’mod iktar partikolari l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandhom jiġu interpetati fis-sens li dawn jipprekludu prassi li skontha l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru, fil-każ li ma tkun twettqet ebda frodi fiskali, tiċħad, fil-mument li fih tistabilixxi t-taxxa, id-dritt għal tnaqqis li jista’ jiġi eżerċitat abbażi ta’ fattura tal-VAT maħruġa konformement mas-sistema ta’ tassazzjoni ordinarja, peress li tqis li għall-korrettezza, fir-rigward ta’ din it-tranżazzjoni, kellha tinħareġ fattura skont is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ inverżjoni tal-ħlas u qabel ma tiċħad dan id-dritt għal tnaqqis hija ma tkunx eżaminat
|
2) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE, u b’mod iktar partikolari l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandhom jiġu interpetati fis-sens li dawn jipprekludu prassi li skontha l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru tiċħad, fil-mument li fih tistabilixxi t-taxxa, id-dritt għal tnaqqis li jista’ jiġi eżerċitat abbażi ta’ fattura tal-VAT maħruġa konformement mas-sistema ta’ tassazzjoni ordinarja, peress li tqis li, għall-korrettezza, fir-rigward ta’ din it-tranżazzjoni, kellha tinħareġ fattura skont is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ inverżjoni tal-ħlas u li skontha, fil-mument li fih tistabbilixxi t-taxxa, l-awtorità fiskali ma tkunx iddeċidiet li tirrimborsa lid-destinatarju tal-fattura, it-taxxa mħallsa indebitament minkejja l-fatt li l-emittenti tal-fattura jkun ħallas l-ammont tal-VAT lill-awtorità tal-ġbir tat-taxxi? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).