Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0622

    Kawża C-622/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Baltic Media Alliance Ltd vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija

    ĠU C 52, 12.2.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Baltic Media Alliance Ltd vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija

    (Kawża C-622/17)

    (2018/C 052/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Vilniaus apygardos administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Baltic Media Alliance Ltd

    Konvenuta: Lietuvos radijo ir televizijos komisija

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-medja awdjoviżiva (1) ikopri biss il-każ fejn l-Istat Membru ta’ riċezzjoni jkollu l-intenzjoni li jissospendi x-xandir jew it-trażmissjoni mill-ġdid ta’ xandiriet bit-televiżjoni, jew ikopri kwalunkwe miżura oħra adottata mill-Istat Membru ta’ riċezzjoni sabiex jillimita b’mod ieħor il-libertà ta’ riċezzjoni u t-trażmissjoni mill-ġdid ta’ servizzi ta’ mezzi awdjoviżivi?

    2)

    Il-premessa 8 u l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-medja awdjoviżiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprojbixxu lill-Istat Membru ta’ riċezzjoni, meta dan jikkonstata li, fi programm tat-televiżjoni trażmess mill-ġdid jew imxandar fuq l-internet minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, ġiet ippubblikata, trażmessa u ddistribwita l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/13, milli jadotta, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, deċiżjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 33(11) u fil-punt 1 tal-Artikolu 33(12) tal-Liġi Litwana dwar il-provvista ta’ informazzjoni lill-pubbliku, jiġifieri li jiġi impost temporanjament fuq ix-xandara li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju tal-Istat ta’ riċezzjoni u fuq il-persuni l-oħra li jipprovdu servizz ta’ xandir ta’ programmi tat-televiżjoni bl-internet li jibqgħu jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid permezz tal-internet il-programm inkwistjoni biss f’selezzjoni ta’ programmi mxandra permezz ta’ ħlas ta’ tariffa addizzjonali?


    (1)  ĠU 2010, L 95, p. 1.


    Top