Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0539

Kawża C-539/17 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-65/15, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/22


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-65/15, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-539/17 P)

(2017/C 374/31)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla kompletament is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2017, fil-Kawża T-65/15, Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tilqa’ r-rikors tas-6 ta’ Frar 2015 tal-imsemmija kumpannija;

tiċħad il-kontrotalba tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni – ksur tad-dispożizzjoniet fil-qasam tas-subappaltar kif previsti fir-regolament finanzjarju fis-seħħ.

Il-Qorti Ġenreali wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-Artikolu 1134 tal-kodiċi ċibili Belġjan f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin id-dispożizzjonijiet fil-qasam tas-subappalt previsti fl-Artikoli 130 et seq tar-Regolament (UE) Nru 2342/2002 u fil-klawżoli kuntrattwali I.II.2.4 u II.13.1 li jinsabu fil-ftehim qafas iffirmat bin-Numru FP7/2009/1.

2)

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata ta’ klawżola kuntrattwali u evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-Klawżola II.22, kontrolli u reviżjonijiet tal-kontabbiltà, prevista fl-Anness II tal-ftehim iffirmat, u żbaljatament ċaħdet it-talba tar-rikorrenti/appellanti.

3)

Evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi u nuqqas ta’ motivazzjoni

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball sa fejn hija manifestament ma ħaditx inkunsiderazzjoni provi ewlenin prodotti mir-rikorrenti u ammessi mill-appellata.


Top