Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0528

    Kawża C-528/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Settembru 2017 – Milan Božičevič Ježovnik vs Ir-Repubblika Slovena

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Settembru 2017 – Milan Božičevič Ježovnik vs Ir-Repubblika Slovena

    (Kawża C-528/17)

    (2017/C 374/29)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Qorti tar-rinviju

    Vrhovno sodišče Republike Slovenije

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Milan Božičevič Ježovnik

    Konvenuta: Ir-Repubblika Slovena

    Domandi preliminari

    1)

    L-importatur (dikjarant) li, fil-mument tal-importazzjoni jinvoka l-eżenzjoni mill-VAT (importazzjoni skont il-proċedura doganali 42) peress li l-beni huma intiżi li jiġu kkunsinnati fi Stat Membru ieħor, jista’ jinżamm responsabbli għall-ħlas tal-VAT (fejn jiġi kkonstatat a posteriori li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-eżenzjoni ma ġewx effettivament issodisfatti) bl-istess mod li huwa responsabbli għall-ħlas tad-dejn doganali?

    2)

    Fil-każ li r-risposta tkun fin-negattiv, ir-responsabbiltà tal-importatur (dikjarant) hija ekwivalenti għar-responsabbiltà tal-persuna taxxabbli li twettaq provvista ta’ beni intra-Komunitarja eżentata skont l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT?

    3)

    F’dan l-aħħar każ, l-element suġġettiv li l-importatur (dikjarant) kellu l-intenzjoni jabbuża mis-sistema tal-VAT għandu jiġi evalwat b’mod differenti mill-każ ta’ provvista ta’ beni intra-Komunitarja skont l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT? Din l-evalwazzjoni għandha tkun iktar konċessiva fid-dawl tal-fatt li l-eżenzjoni mill-VAT fil-kuntest tal-proċedura doganali 42 għandha tiġi awtorizzata minn qabel mill-awtoritajiet doganali? Jew inkella għandha tkun iktar restrittiva, sa fejn it-tranżazzjonijiet ikkonċernati huma konnessi mal-ewwel entrata fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea ta’ beni li joriġinaw minn pajjiżi terzi?


    Top