Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0487

Kawża C-487/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra Alfonso Verlezza et

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – proċeduri kriminali kontra Alfonso Verlezza et

(Kawża C-487/17)

(2017/C 374/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Alfonso Verlezza, Riccardo Traversa, Irene Cocco, Francesco Rando, Carmelina Scaglione, Francesco Rizzi, Antonio Giuliano, Enrico Giuliano, Refecta Srl, E. Giovi Srl, Vetreco Srl, SE.IN Srl

Domandi preliminari

1)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/955/UE (1) kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1357/2014 (2) għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-iskart taħt kodiċijiet mera fis-sens li, fejn il-kompożizzjoni tal-iskart ma tkunx magħrufa, il-produttur tal-iskart għandu jwettaq il-karatterizzazzjoni minn qabel tiegħu u, jekk hu hekk, f’liema limiti?

2)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jsir skont metodi uniformi predeterminati?

3)

It-tiftix ta’ sustanzi perikolużi għandu jkun ibbażat fuq verifika preċiża u rappreżentattiva li tieħu inkunsiderazzjoni l-kompożizzjoni tal-iskart, jekk din il-kompożizzjoni tkun diġà magħrufa jew identifikata matul il-fażi ta’ karatterizzazzjoni, jew inkella għandha titwettaq skont kriterji ta’ probabbiltà, fid-dawl tas-sustanzi li jistgħu raġonevolment jeżistu fl-iskart?

4)

F’każ ta’ dubju jew li ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk hemmx jew ma hemmx sustanzi perikolużi fl-iskart, dan tal-aħħar għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi kklassifikat u kkunsidrat bħala skart perikoluż, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 370, p. 44).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi (ĠU 2014, L 365, p. 89).


Top