EUR-Lex Πρόσβαση στο δίκαιο της Ευρωπαϊκής Ένωσης

Επιστροφή στην αρχική σελίδα του EUR-Lex

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 62017CN0480

Kawża C-480/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Frank Montag vs Finanzamt Köln-Mitte

ĠU C 382, 13.11.2017, σ. 32 έως 33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Frank Montag vs Finanzamt Köln-Mitte

(Kawża C-480/17)

(2017/C 382/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frank Montag

Konvenut: Finanzamt Köln-Mitte

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-kontribuzzjonijiet obbligatorji lil skema ta’ pensjoni professjonali minn persuna taxxabbli li ma hijiex residenti (li jsiru abbażi tal-appartenenza tagħha ma’ kamra tal-avukati fl-Istat Membru li, għal raġunijiet professjonali, hija mandatorja sabiex tkun tista’ teżerċita l-attività tagħha f’diversi Stati Membri), ma jittiħdux inkunsiderazzjoni fit-tnaqqis mid-dħul, fil-kuntest tal-obbligu fiskali limitat, filwaqt li fil-każ ta’ persuni taxxabbli residenti, id-dritt nazzjonali jippermetti t-tnaqqis tagħhom mid-dħul sa limitu speċifiku fil-kuntest tal-obbligu fiskali illimitat?

2)

L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi d-dispożizzjoni deskritta fl-ewwel domanda meta, minbarra l-kontribuzzjonijiet obbligatorji, il-persuna taxxabbli tagħmel – volontarjament – kontribuzzjonijiet addizzjonali lil skema ta’ pensjoni professjonali, liema kontribuzzjonijiet ma jittiħdux inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru fit-tnaqqis mid-dħul, minkejja li, skont id-dritt nazzjonali, il-pagamenti futuri ta’ pensjonijiet imħallsa f’dan l-Istat Membru jistgħu jkunu taxxabbli anki fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat?

3)

L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi l-leġiżlazzjoni deskritta fl-ewwel domanda, meta l-persuna taxxabbli, indipendentement mill-appartenenza tagħha mal-kamra tal-avukati u mill-kontribuzzjonijiet tagħha lil skema ta’ pensjoni professjonali, tħallas kontribuzzjonijiet lil assigurazzjoni ta’ pensjoni privata li affiljat ruħha magħha volontarjament, liema kontribuzzjonijiet ma jittiħdux inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru fit-tnaqqis mid-dħul, minkejja li, skont id-dritt nazzjonali, il-pagamenti futuri ta’ pensjonijiet imħallsa f’dan l-Istat Membru jistgħu jkunu taxxabbli anki fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat?


Επάνω