This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0440
Case C-440/17: Request for a preliminary ruling from the Finanzgericht Köln (Germany) lodged on 20 July 2017 — GS v Bundeszentralamt für Steuern
Kawża C-440/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – GS vs Bundeszentralamt für Steuern
Kawża C-440/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – GS vs Bundeszentralamt für Steuern
ĠU C 374, 6.11.2017, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – GS vs Bundeszentralamt für Steuern
(Kawża C-440/17)
(2017/C 374/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GS
Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern
Domandi preliminari
I) |
L-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital tad-distribuzzjoni ta’ dividendi ta’ kumpannija omm barranija li l-unika azzjonista tagħha hija kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha fit-territorju nazzjonali, sa fejn l-azzjonijiet ta’ din il-kumpannija omm huma miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għal rimbors jew għal eżenzjoni li kieku jirċievu d-dħul direttament u d-dħul gross tal-kumpannija omm barranija għas-sena inkwistjoni ma jirriżultax mill-attività ekonomika tagħha stess, u
filwaqt li l-eżenzjoni mit-taxxa tingħata lil kumpanniji omm stabbiliti fit-territorju nazzjonali mingħajr kunsiderazzjoni għall-imsemmija kundizzjonijiet? |
II) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2011/96/UE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jadotta dispożizzjoni li tirrifjuta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital tad-distribuzzjoni ta’ dividendi ta’ kumpannija omm barranija li l-unika azzjonista tagħha hija kumpannija li għandha s-sede tagħha fit-territorju nazzjonali, sa fejn l-azzjonijiet ta’ din il-kumpannija omm huma miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għal rimbors jew għal eżenzjoni li kieku jirċievu d-dħul direttament u d-dħul gross tal-kumpannija barranija għas-sena inkwistjoni ma jirriżultax mill-attività ekonomika tagħha stess, u
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU 2011, L 345, p. 8); preċedentement Direttiva tal-Kunsill 90/435/KKE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).