This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0399
Case C-399/17: Action brought on 3 July 2017 — European Commission v Czech Republic
Kawża C-399/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
Kawża C-399/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
ĠU C 293, 4.9.2017, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/20 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-399/17)
(2017/C 293/25)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
— |
Tikkonstata li billi rrifjutat li tiggarantixxi li tittrasferixxi lura l-materjal TPS-NOLO (Geobal) ittrasferit mir-Repubblika Ċeka lejn Katowice, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (1); |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
Il-materjal TPS-NOLO, li ġie ttrasferit mir-Repubblika Ċeka għat-territorju tar-Repubblika tal-Polonja u li huwa provenjenti minn skart perikoluż ta’ landfill (il-laguni ta’ Ostramo) jinħażen f’landfill oħra fit-territorju tar-Repubblika Ċeka u li huwa kklassifikat bħala skart tal-qatran wara raffinament, iddistillar jew trattament pirolotiku ta’ materjal organiku, huwa kkunsidrat mill-awtoritajiet Pollakki bħala skart li jaqa’ taħt l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar vjeġġi ta’ skart”). |
2. |
Minħabba l-fatt li r-Repubblika Ċeka tikkontesta l-klassifikazzjoni tas-sustanza inkwistjoni bħala skart u fuq il-bażi tar-reġistrazzjoni tal-materjal konformement mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”), ingħata lok għal sitwazzjoni ta’ kunflitt li hija rregolata mill-Artikolu 28(1) tar-Regolament dwar vjeġġi ta’ skart inkwantu jipprevedi li l-materjal inkwistjoni għandu jitqies bħallikieku kien skart. |
3. |
Ir-reġistrazzjoni tal-materjal konformement mar-Regolament REACH bl-ebda mod ma tiggarantixxi li l-użu tas-sustanza ma tagħtix lok għal effetti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, jew li s-sustanza inkwistjoni tieqaf b’mod awtomatiku milli tkun skart. Fil-każ ta’ assenza ta’ deċiżjoni nazzjonali li tikkonstata li s-sustanza inkwistjoni laħqet stat li fih l-iskart jieqaf milli jkun tali, ma jkunx jista’ jitqies li r-reġistrazzjoni ta’ din is-sustanza konformement mar-Regolament REACH hija valida fuq il-bażi tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmi regolament. |
4. |
Peress li s-sustanza inkwistjoni ġiet ittrasferita lilhinn mill-fruntieri mingħajr notifika, dan it-trasferiment għandu jitqies bħala “vjeġġ illegali” gis-sens tal-Artikolu 2(35)(a) tar-Regolament dwar vjeġġi ta’ skart. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ spedizzjoni għandhom jinformaw lilhom infushom b’mod xieraq sabiex jiggarantixxu li l-iskart ikkonċernat jittieħed lura konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament, ħaġa li r-Repubblika Ċeka tirrifjuta li tagħmel u dan mingħajr ġustifikazzjoni. Dan l-obbligu ma huwiex kuntrarju għall-Artikolu 128 tar-Regolament REACH, li jiggarantixxi l-moviment liberu tas-sustanzi, tat-taħlitiet jew tal-oġġetti fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament REACH, peress li l-iskart huwa espressament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament (ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament REACH). |