Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0335

    Kawża C-335/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Neli Valcheva vs Georgios Babanarakis

    ĠU C 269, 14.8.2017, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Neli Valcheva vs Georgios Babanarakis

    (Kawża C-335/17)

    (2017/C 269/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Varhoven kasatsionen sad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Neli Valcheva

    Konvenut: Georgios Babanarakis

    Domanda preliminari

    Il-kunċett ta’ “drittijiet ta’ aċċess” li jintuża fl-Artikolu 1(2)(a) u fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkonċernax biss l-aċċess bejn il-ġenituri u l-minuri iżda wkoll l-aċċess għal qraba oħra għajr il-ġenituri, b’mod partikolari għan-nanniet?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


    Top