Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0135

    Kawża C-135/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Marzu 2017 – X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart – Körperschaften

    ĠU C 221, 10.7.2017, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Marzu 2017 – X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart – Körperschaften

    (Kawża C-135/17)

    (2017/C 221/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: X-GmbH

    Konvenut: Finanzamt Stuttgart – Körperschaften

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 57(1) KE [li sar l-Artikolu 64(1) TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li restrizzjoni fi Stat Membru, fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1993, fir-rigward ta’ moviment ta’ kapital minn u lejn pajjiżi terzi, li tinvolvi investimenti diretti, ma hijiex prekluża mill-Artikolu 56 KE (issa l-Artikolu 63 TFUE) lanqas fil-każ fejn dispożizzjoni nazzjonali, fis-seħħ fid-data ta’ riferiment, li kienet tirrestrinġi l-moviment tal-kapital lejn u minn pajjiżi terzi, kienet essenzjalment tapplika biss għal investimenti diretti, iżda sussegwentement ġiet estiża sabiex tkopri wkoll parteċipazzjonijiet ta’ portafoll f’kumpanniji barranin inqas mil-limitu ta’ 10 %?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 57(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies bħala applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1993, li tirrestrinġi l-moviment tal-kapital lejn u minn pajjiżi terzi, li tinvolvi investimenti diretti, u li kienet essenzjalment tapplika biss għal investimenti diretti, il-fatt li tapplika dispożizzjoni sussegwenti, li essenzjalment tikkorrispondi għar-restrizzjoni eżistenti fid-data ta’ riferiment, iżda li r-restrizzjoni eżistenti fid-data ta’ riferiment tkun ġiet suġġetta, wara din id-data u matul perijodu qasir, għal modifika sostanzjali minn liġi li, minkejja li daħet fis-seħħ legalment, qatt ma tkun ġiet applikata fil-prattika peress li ġiet issostitwita, qabel ma setgħet tapplika għall-ewwel darba għal każ speċifiku, b’dispożizzjoni li hija applikabbli preżentement?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal waħda miż-żewġ domandi: l-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-ammont taxxabbli ta’ persuna taxxabbli stabbilita f’dan l-Istat Membru, u li għandha parteċipazzjoni ta’ mill-inqas ta’ 1 % f’kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ l-Isvizzera), tinkludi, f’perċentwali pro rata tal-parteċipazzjoni miżmuma, id-dħul pożittiv miksub minn din il-kumpannija li joriġina minn investimenti tal-kapital, meta tali dħul ikun intaxxat b’rata iktar baxxa minn dik fl-Istat Membru msemmi l-ewwel?


    Top