This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0099
Case C-99/17 P: Appeal brought on 24 February 2017 by Infineon Technologies AG against the judgment of the General Court (Fifth Chamber) delivered on 15 December 2016 in Case T-758/14: Infineon Technologies AG v European Commission
Kawża C-99/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Infineon Technologies AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-758/14, Infineon Technologies AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-99/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Infineon Technologies AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-758/14, Infineon Technologies AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 168, 29.5.2017, pp. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/20 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Infineon Technologies AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-758/14, Infineon Technologies AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-99/17 P)
(2017/C 168/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Infineon Technologies AG (rappreżentant: M. Klusmann, avukat, T. Lübbig, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ T-758/14; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2014) 6250 finali tat-3 ta’ Settembru 2014 (Każ AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat) sa fejn Infineon Technologies AG hija kkonċernata; |
|
— |
in eventu, tnaqqas il-multa ta’ ammont ta’ EUR 82 874 000 imposta fuq l-appellanti skont il-premessa 457(a) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2014, għal ammont proporzjonali; |
|
— |
in eventu, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Essenzjalment, l-appellanti tissottometti li:
|
— |
il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha li twettaq stħarriġ suffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, kif previst fl-Artikolu 263 TFUE, b’mod partikolari peress li l-Qorti Ġenerali adottat approċċ żbaljat ta’ stħarriġ ġudizzjarju selettiv inkomplet. Minkejja li l-kuntatti inkwistjoni kollha fid-deċiżjoni ġew ikkontestati mill-appellanti, il-Qorti Ġenerali sempliċement ivverifikat inqas minn nofs dawn il-kuntatti, mingħajr ma pprovdiet motivazzjoni suffiċjenti dwar l-għażla ta’ kuntatti partikolari li kelhom jiġu vverifikati jew li ma kellhomx jiġu vverifikati u mingħajr ma tat bażi legali biex tagħmel dan; |
|
— |
il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali, rispettivament wettqu żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, b’mod partikolari minħabba li dawn ikkonstataw restrizzjoni “globali” tal-kompetizzjoni minħabba l-għan min-naħa tal-appellanti, prinċipalment permezz ta’ skambju dwar tendenzi tas-suq ġenerali u previżjonijiet dwar żviluppi rigward prezzijiet. Minbarra dan, il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali naqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet sabiex jiġi stabbilit ksur uniku u kontinwu, kif applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha; |
|
— |
Il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali rispettivament wettqu żball ta’ liġi fir-rigward tal-kalkolu tal-multa imposta fuq l-appellanti. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra l-effetti li jirriżultaw mill-istħarriġ selettiv inkomplet tagħha (peress li ftit biss mill-kuntatti kkontestati inkwistjoni ġew ivverifikati) u, konsegwentement, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fir-rigward tal-multa imposta. Minbarra dan il-Qorti Ġenerali wettqet żball – u naqset milli tagħti raġunijiet suffiċjenti għalih – billi inkludiet id-dħul mhux minn SIM tal-appellanti li wassal sabiex il-multa tkun eċċessiva u għalhekk sproporzjonata. Argumenti oħra jirrigwardaw diversi distorsjonijiet tal-provi mill-Qorti Ġenerali, allokazzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova rigward provi potenzjalment mhux affidabbli u żbalji ta’ liġi relatati mal-provi użati mill-Kummissjoni fil-konfront tal-appellanti li ma ġewx żvelati matul il-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni. |
|
— |
Alternattivament, is-sentenza appellata hija vvizzjata minn ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari sa fejn il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti lill-appellanti tnaqqis tal-multa suffiċjenti minħabba l-parteċipazzjoni limitata tagħha fil-ksur inkwistjoni, kunsiderazzjoni insuffiċjenti taċ-ċirkustanzi attenwanti u peress li l-ammont assolut tal-multa imposta fuq l-appellanti huwa sproporzjonat. |