This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0009
Case C-9/17: Request for a preliminary ruling from the Korkein hallinto-oikeus (Finland) lodged on 9 January 2017 — Maria Tirkkonen
Kawża C-9/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Maria Tirkkonen
Kawża C-9/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Maria Tirkkonen
ĠU C 86, 20.3.2017, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Maria Tirkkonen
(Kawża C-9/17)
(2017/C 086/21)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Tirkkonen
Konvenuta: Maaseutuvirasto
Domandi preliminari
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu jiġi interpretat li jfisser li d-definizzjoni ta’ “kuntratt pubbliku” fis-sens ta’ din id-direttiva tinkludi sistema
— |
li permezz tagħha organu pubbliku jkollu l-intenzjoni li jikseb servizzi fis-suq matul perijodu limitat bil-quddiem, billi jikkonkludi kuntratti, suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ ftehim qafas anness mas-sejħa għal offerti, mal-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi fil-fajl ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tal-kapaċità tal-fornituri u tas-servizz ipprovdut, u li jgħaddu minn eżami deskritt iktar preċiżament fis-sejħa għal offerti, u, |
— |
li tul il-perijodu ta’ validità tal-kuntratt ma jkunx iktar possibbli li ssir aderazzjoni magħha? |
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).