Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0006

    Kawża C-6/17 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2017 fil-Kawża T-154/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 63, 27.2.2017, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/20


    Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2017 fil-Kawża T-154/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-6/17 P)

    (2017/C 063/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellanti: ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: Stavroula Paliou, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T154/14 u tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid tal-mertu;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti tikkontesta s-sentenza mogħtija fis-27 ta’ April 2016 mill-Qorti Ġenerali fil-kawża T-154/14 billi ssostni li tali sentenza tinkludi evalwazzjonijiet legali li jiksru regoli tad-dritt tal-Unjoni.

    Skont l-appellanti, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata:

    i)

    fl-ewwel lok, inkonnessjoni mad-dispożizzjoni applikabbli tad-dritt materjali, minħabba żball ta’ liġi u irregolarità proċedurali li jivvizzjaw il-motivazzjoni tas-sentenza appellata;

    ii)

    fit-tieni lok, minħabba żball ta’ liġi inkonnessjoni mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw, fir-rigward tal-kawża, is-suġġett u l-oneru tal-prova u, fir-rigward tal-kontrotalba, it-tqassim tal-oneru tal-prova.

    F’dan il-kuntest, l-aggravji huma dawn li ġejjin:

    I)

    inkonnessjoni tal-iżball ta’ liġi u mal-irregolarità proċedurali:

    1)

    l-ewwel aggravju: motivazzjoni insuffiċjenti manifesta.

    2)

    it-tieni aggravju: żball ta’ liġi u ta’ motivazzjoni kontraddittorja.

    II)

    inkonnessjoni tal-iżball ta’ liġi u mar-regoli li jirregolaw is-suġġett u l-oneru tal-prova:

    3)

    it-tielet aggravju: żball ta’ liġi marbut mas-suġġett u mal-oneru tal-prova fir-rigward tal-kawża.

    4)

    ir-raba’ aggravju: żball ta’ liġi marbut mat-tqassim tal-oneru tal-prova fir-rigward tal-kontrotalba tal-Kummissjoni.


    Top