Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CB0252

    Kawża C-252/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social n° 2 de Cádiz – Spanja) – Moisés Vadillo González vs Alestis Aerospace SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 190, 4.6.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz – Spanja) – Moisés Vadillo González vs Alestis Aerospace SL

    (Kawża C-252/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

    (2018/C 190/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Moisés Vadillo González

    Konvenuta Alestis Aerospace SL

    Fil-preżenza ta’: Ministerio Fiscal

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Cádiz (Tribunal Industrijali Nru 2 ta’ Cádiz, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Mejju 2017, hija manifestament inammissibbli.


    (1)  ĠU C 256, 7.8.2017


    Top