EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CB0142

Kawżi magħquda C-142/17 u C-143/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Manuela Maturi et vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma, Fondazione Teatro dell’Opera di Roma vs Manuela Maturi et (C-142/17), Catia Passeri vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-143/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2006/54/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà temporanja għall-ħaddiema fil-qasam tal-ispettaklu li jkunu laħqu l-età tal-irtirar li jibqgħu attivi sal-età preċedentement prevista għad-dritt għall-pensjoni, stabbilita bħala 47 sena għan-nisa u 52 sena għall-irġiel)

ĠU C 142, 23.4.2018, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Manuela Maturi et vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma, Fondazione Teatro dell’Opera di Roma vs Manuela Maturi et (C-142/17), Catia Passeri vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-143/17)

(Kawżi magħquda C-142/17 u C-143/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2006/54/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà temporanja għall-ħaddiema fil-qasam tal-ispettaklu li jkunu laħqu l-età tal-irtirar li jibqgħu attivi sal-età preċedentement prevista għad-dritt għall-pensjoni, stabbilita bħala 47 sena għan-nisa u 52 sena għall-irġiel))

(2018/C 142/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Manuela Maturi, Laura Di Segni, Isabella Lo Balbo, Maria Badini, Loredana Barbanera, Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-142/17), Catia Passeri (C-143/17)

Konvenuti: Fondazione Teatro dell’Opera di Roma, Manuela Maturi, Laura Di Segni, Isabella Lo Balbo, Maria Badini, Loredana Barbanera, Luca Troiano, Mauro Murri (C-142/17), Fondazione Teatro dell’Opera di Roma (C-143/17)

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 3(7) tad-Digriet-Liġi Nru 64, tat-30 ta’ April 2010, ikkonvertit fil-Liġi Nru 100, tat-29 ta’ Ġunju 2010, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha l-ħaddiema impjegati bħala żeffiena, li jkunu laħqu l-età tal-irtirar stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni bħala 45 sena kemm għan-nisa u kif ukoll għall-irġiel, ikollhom il-possibbiltà li, matul perijodu tranżitorju ta’ sentejn, jagħmlu għażla li tippermettilhom li jkomplu bl-attività professjonali tagħhom sa l-età limitu sa meta jistgħu jibqgħu attivi prevista mil-leġiżlazzjoni li kienet fis-seħħ preċedentement, stabbilita bħala 47 sena għan-nisa u 52 sena għall-irġiel, tistabbilixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess ipprojbita minn din id-direttiva.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


Top