Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0670

    Kawża C-670/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Frar 2019 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) — Taqsima “Gwida” — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Programm Operattiv — Korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu 39 — Bażi legali — Dispożizzjonijiet tranżitorji)

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Frar 2019 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-670/17 P) (1)

    (Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) - Taqsima “Gwida” - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Programm Operattiv - Korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu 39 - Bażi legali - Dispożizzjonijiet tranżitorji)

    (2019/C 139/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, A. Vasilopoulou u I. Pachi, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Aquilina, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Settembru 2017, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-327/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:631), hija annullata.

    2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1936 finali tal-25 ta’ Marzu 2015 dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 2000GR061PO021 (Greċja — Objettiv 1 — Rikostruzzjoni rurali), hija annullata.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell.


    (1)  ĠU C 42, 5.2.2018


    Top