EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0654

Kawża C-654/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Bayerische Motoren Werke AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Freistaat Sachsen (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna reġjonali għall-investiment — Għajnuna għal proġett kbir ta’ investiment — Għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Artikolu 107(3) TFUE — Neċessità tal-għajnuna — Artikolu 108(3) TFUE — Regolament (KE) Nru 800/2008 — Għajnuna li taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali — Komunikazzjoni — Portata tal-eżenzjoni skont il-kategorija — Appell inċidentali — Ammissjoni ta’ intervent quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà)

ĠU C 319, 23.9.2019, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Bayerische Motoren Werke AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Freistaat Sachsen

(Kawża C-654/17 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna reġjonali għall-investiment - Għajnuna għal proġett kbir ta’ investiment - Għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3) TFUE - Neċessità tal-għajnuna - Artikolu 108(3) TFUE - Regolament (KE) Nru 800/2008 - Għajnuna li taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali - Komunikazzjoni - Portata tal-eżenzjoni skont il-kategorija - Appell inċidentali - Ammissjoni ta’ intervent quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà)

(2019/C 319/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Bayerische Motoren Werke AG (rappreżentanti: M. Rosenthal, G. Drauz u M. Schütte, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea(rappreżentanti: F. Erlbacher, A. Bouchagiar u T. Maxian Rusche, aġenti), Freistaat Sachsen (rappreżentant: T. Lübbig, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Bayerische Motoren Werke AG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-appell prinċipali.

3)

Il-Freissaat Sachsen huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mal-appell prinċipali.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk ta’ Bayerische Motoren Werke AG u tal-Freistaat Sachsen marbuta mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


Top