EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0650
Case C-650/17: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 30 April 2020 (request for a preliminary ruling from the Bundespatentgericht — Germany) — Royalty Pharma Collection Trust v Deutsches Patent- und Markenamt (Reference for a preliminary ruling — Intellectual and industrial property — Regulation (EC) No 469/2009 — Supplementary protection certificate for medicinal products — Conditions for obtaining such a certificate — Article 3(a) — Concept of a ‘product protected by a basic patent in force’ — Assessment criteria)
Kawża C-650/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – Royalty Pharma Collection Trust vs Deutsches Patent- und Markenamt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Regolament (KE) Nru 469/2009 – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali – Kundizzjonijiet għall-kisba – Artikolu 3(a) – Kunċett ta’ “prodott protett bi privattiva bażika fis-seħħ” – Kriterji ta’ evalwazzjoni)
Kawża C-650/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – Royalty Pharma Collection Trust vs Deutsches Patent- und Markenamt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Regolament (KE) Nru 469/2009 – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali – Kundizzjonijiet għall-kisba – Artikolu 3(a) – Kunċett ta’ “prodott protett bi privattiva bażika fis-seħħ” – Kriterji ta’ evalwazzjoni)
ĠU C 240, 20.7.2020, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – Royalty Pharma Collection Trust vs Deutsches Patent- und Markenamt
(Kawża C-650/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Kundizzjonijiet għall-kisba - Artikolu 3(a) - Kunċett ta’ “prodott protett bi privattiva bażika fis-seħħ” - Kriterji ta’ evalwazzjoni)
(2020/C 240/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Royalty Pharma Collection Trust
Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott huwa protett minn privattiva bażika fis-seħħ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta jirrispondi għal deskrizzjoni funzjonali ġenerali użata minn waħda mill-pretensjonijiet tal-privattiva bażika u jaqa’ neċessarjament taħt l-invenzjoni koperta minn din il-privattiva, mingħajr madankollu ma tkun individwalizzata bħala mod korrett ta’ twettiq li għandu jittieħed mit-tagħlim tal-imsemmija privattiva, peress li huwa speċifikament identifikabbli, fid-dawl tal-elementi kollha żvelati mill-istess privattiva, mill-bniedem tas-sengħa, abbażi ta’ konoxxenzi ġenerali fil-qasam ikkunsidrat fid-data tal-preżentazzjoni jew ta’ prijorità tal-privattiva bażika u tal-istat tat-teknika f’din l-istess data. |
2) |
L-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott ma huwiex kopert minn privattiva bażika fis-seħħ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta, minkejja li jaqa’ taħt id-deskrizzjoni funzjonali mogħtija fil-pretensjonijiet ta’ din il-privattiva, dan ġie żviluppat wara d-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-privattiva bażika, fi tmiem ta’ attività inventiva awtonoma. |