Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0627

Kawża C-627/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Dunajská Streda – is-Slovakkja) – ZSE Energia a.s. vs RG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 861/2007 — Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar — Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “partijiet” — Tilwimiet transkonfinali)

ĠU C 25, 21.1.2019, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Dunajská Streda – is-Slovakkja) – ZSE Energia a.s. vs RG

(Kawża C-627/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 861/2007 - Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar - Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “partijiet” - Tilwimiet transkonfinali))

(2019/C 25/14)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Dunajská Streda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZSE Energia a.s.

Konvenut: RG

fil-preżenza ta’: ZSE Energia CZ, s. r. o.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “partijiet” jipprevedi biss ir-rikorrent u l-konvenut tal-kawża prinċipali.

2)

L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 861/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 517/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha r-rikorrent u l-konvenut ikollhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat Membru tal-qorti adita, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


Top