Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0568

    Kawża C-568/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs L. W. Geelen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Artikolu 9(2)(ċ) u (e) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 52(a) — Artikolu 56(1)(k) — Provvista ta’ servizzi — Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli — Rabta fiskali — Sessjonijiet interattivi ta’ natura erotika ffilmjati u mxandra bi streaming dirett permezz tal-internet — Attività ta’ divertiment — Kunċett — Post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa)

    ĠU C 230, 8.7.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs L. W. Geelen

    (Kawża C-568/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 9(2)(ċ) u (e) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 52(a) - Artikolu 56(1)(k) - Provvista ta’ servizzi - Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli - Rabta fiskali - Sessjonijiet interattivi ta’ natura erotika ffilmjati u mxandra bi streaming dirett permezz tal-internet - Attività ta’ divertiment - Kunċett - Post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa)

    (2019/C 230/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenut: L. W. Geelen

    Dispożittiv

    1)

    L-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas-7 ta’ Mejju 2002, u l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li provvista ta’ servizzi kumplessa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fl-offerta ta’ sessjonijiet interattivi ta’ natura erotika ffilmjati u mxandra bi streaming dirett permezz tal-internet tikkostitwixxi “attività ta’ divertiment”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li għandha titqies li hija “fiżikament imwettqa”, fis-sens tagħhom, fil-post fejn il-fornitur stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu jew stabbiliment fiss li minnu s-servizz huwa pprovdut, jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-post tad-domiċilju tiegħu jew tar-residenza abitwali tiegħu.

    2)

    It-tnax-il inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2002/38, u l-Artikolu 56(1)(k) tad-Direttiva 2006/112, moqrija flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1777/2005 tas-17 ta’ Ottubru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 77/388, għandhom jiġu interpretati fis-sens li provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fl-offerta ta’ sessjonijiet interattivi ta’ natura erotika ffilmjati u mxandra bi streaming dirett permezz tal-internet ma taqax, meta s-servizzi ġew ipprovduti lil benefiċjarji li jinsabu kollha fl-Istat Membru tal-fornitur ta’ dawn is-servizzi, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


    (1)  ĠU C 424, 11.2.2017.


    Top