Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0345

    Kawża C-345/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Litwanja) — Proċedura mibdija minn minn Sergejs Buivids (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 3 — Kamp ta’ applikazzjoni — Reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali — Pubblikazzjoni fuq sit Internet ta’ videos — Artikolu 9 — Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu — Kunċett — Libertà tal-espressjoni — Protezzjoni tal-ħajja privata)

    ĠU C 131, 8.4.2019, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 131/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Litwanja) — Proċedura mibdija minn minn Sergejs Buivids

    (Kawża C-345/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 3 - Kamp ta’ applikazzjoni - Reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali - Pubblikazzjoni fuq sit Internet ta’ videos - Artikolu 9 - Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu - Kunċett - Libertà tal-espressjoni - Protezzjoni tal-ħajja privata)

    (2019/C 131/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Sergejs Buivids

    Fil-preżenza ta’: Datu valsts inspekcija

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 3 tad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva r-reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa, waqt għoti ta’ xhieda, u l-pubblikazzjoni tal-video rreġistrat b’dan il-mod fuq sit Internet ta’ videos fejn l-utenti jistgħu jibagħtu, jaraw u jaqsmu dawn tal-aħħar.

    2)

    L-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri r-reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa, waqt għoti ta’ xhieda, u l-pubblikazzjoni tal-video rreġistrat b’dan il-mod fuq sit Internet ta’ videos fejn l-utenti jistgħu jibagħtu, jaraw u jaqsmu dawn dawn tal-aħħar, jistgħu jikkostitwixxu pproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn jirriżulta mill-imsemmi video li l-imsemmija reġistrazzjoni u l-imsemmija pubblikazzjoni għandhom bħala uniku skop it-tixrid lill-pubbliku ta’ informazzjoni, ta’ opinjonijiet jew ta’ ideat, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    (1)  ĠU C 277, 21.08.2017


    Top