EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0163
Case C-163/17: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 19 March 2019 (request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Germany) — Abubacarr Jawo v Bundesrepublik Deutschland (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Dublin system — Regulation (EU) No 604/2013 — Transfer of the asylum seeker to the Member State responsible for examining the application for international protection — Concept of ‘absconding’ — Modalities of extending the time limit for transfer — Article 4 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Substantial risk of inhuman or degrading treatment on completion of the asylum procedure — Living conditions of beneficiaries of international protection in that Member State)
Kawża C-163/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Abubacarr Jawo vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Sistema ta’ Dublin — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali — Kunċett ta’ “ħarba” — Modalitajiet ta’ estensjoni tat-terminu ta’ trasferiment — Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Riskju serju ta’ trattament inuman jew degradanti fi tmiem il-proċedura ta’ ażil — Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ben-fiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-imsemmi Stat Membru)
Kawża C-163/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Abubacarr Jawo vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Sistema ta’ Dublin — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali — Kunċett ta’ “ħarba” — Modalitajiet ta’ estensjoni tat-terminu ta’ trasferiment — Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Riskju serju ta’ trattament inuman jew degradanti fi tmiem il-proċedura ta’ ażil — Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ben-fiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-imsemmi Stat Membru)
ĠU C 187, 3.6.2019, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Abubacarr Jawo vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-163/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Sistema ta’ Dublin - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Kunċett ta’ “ħarba” - Modalitajiet ta’ estensjoni tat-terminu ta’ trasferiment - Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Riskju serju ta’ trattament inuman jew degradanti fi tmiem il-proċedura ta’ ażil - Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ben-fiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-imsemmi Stat Membru)
(2019/C 187/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Abubacarr Jawo
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
1) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għandha tiġi interpretata fis-sens li applikant “jaħrab”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta deliberament jevadi l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li huma responsabbli għat-twettiq tat-trasferiment tiegħu, bl-għan li jipprevjeni dan tal-aħħar. Jista’ jiġi preżunt li dan huwa l-każ meta dan it-trasferiment ma jistax jiġi implimentat minħabba l-fatt li dan l-applikant ikun telaq mill-post ta’ residenza allokat lilu mingħajr ma jkun informa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-assenza tiegħu, bil-kundizzjoni li huwa jkun ġie informat dwar l-obbligi tiegħu f’dan ir-rigward, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju għandha tivverifikaha. L-imsemmi applikant iżomm il-possibbiltà li juri li l-fatt li huwa ma kienx avża lil dawn l-awtoritajiet dwar l-assenza tiegħu huwa ġġustifikat minħabba raġunijiet validi u mhux minħabba l-intenzjoni li jevadi lil dawn l-awtoritajiet. L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura kontra deċiżjoni ta’ trasferiment, il-persuna kkonċernata tista’ tinvoka l-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-regolament, billi ssostni li, peress li hija ma kinitx ħarbet, it-terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur kien skada. |
2) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex it-terminu ta’ trasferiment jiġi estiż sa massimu ta’ tmintax-il xahar, huwa biżżejjed li l-Istat Membru rikjedenti jinforma, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur, lill-Istat Membru responsabbli dwar il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun ħarbet u li dan jindika, fl-istess ħin, it-terminu l-ġdid ta’ trasferiment. |
3) |
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludix li applikant għal protezzjoni internazzjonali jiġi ttrasferit, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 604/2013, lejn l-Istat Membru li, konformement ma’ dan ir-regolament, huwa normalment responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, meta, fil-każ ta’ għotja ta’ tali protezzjoni f’dan l-Istat Membru, dan l-applikant jiġi espost għal riskju serju ta’ trattament inuman jew degradanti, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 4, minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħajja prevedibbli li jista’ jiltaqa’ magħhom bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali fl-imsemmi Stat Membru taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. L-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali trasferiment tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali, sakemm il-qorti adita b’rikors kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment ma ssibx, abbażi ta’ elementi oġġettivi, affidabbli, preċiżi u debitament ivverifikati u fid-dawl tal-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali żgurat mid-dritt tal-Unjoni, ir-realtà ta’ dan ir-riskju għal dan l-applikant, minħabba l-fatt li, fil-każ ta’ trasferiment, dan isib ruħu, indipendentement mir-rieda tiegħu u mill-għażliet personali tiegħu, f’sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali estrema. |