Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0117

Kawża C-117/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Comune di Castelbellino vs Regione Marche et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Artikolu 4(2) u (3) u Annessi I sa III — Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ xogħlijiet f’impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Annullament — Regolarizzazzjoni a posteriori tal-awtorizzazzjoni abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġodda tad-dritt nazzjonali mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent)

ĠU C 142, 23.4.2018, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Comune di Castelbellino vs Regione Marche et

(Kawża C-117/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Artikolu 4(2) u (3) u Annessi I sa III - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ xogħlijiet f’impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Annullament - Regolarizzazzjoni a posteriori tal-awtorizzazzjoni abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġodda tad-dritt nazzjonali mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent))

(2018/C 142/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Castelbellino

Konvenuti: Regione Marche, Ministero per i beni e le attività culturali, Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Regione Marche Servizio Infrastrutture Trasporti Energia – P.F. Rete Elettrica Regionale, Provincia di Ancona

fil-preżenza ta’: Società Agricola 4 C S.S.

Dispożittiv

Meta proġett għal żieda fil-qawwa ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġiex suġġett għal eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li sussegwentement ġew iddikjarati inkompatibbli fuq dan il-punt mad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-Istati Membri jneħħu l-konsegwenzi illegali ta’ dan il-ksur u ma jipprekludix li dan l-impjant ikun is-suġġett, wara r-realizzazzjoni ta’ dan il-proġett, ta’ proċedura ġdida ta’ eżami mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-verifika tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva u, eventwalment, li jiġi suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, bil-kundizzjoni li r-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-persuni kkonċernati l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom. Hemm ukoll lok li l-effetti ambjentali li seħħew wara r-realizzazzjoni tal-proġett jittieħdu inkunsiderazzjoni. Dawn l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu, abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fid-data ta’ meta huma jintalbu jiddeċiedu, li tali evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma hijiex meħtieġa, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 221, 10.07.2017


Top