EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0082

Kawża C-82/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Monsanto Europe, Monsanto Company, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) (Appell – Ambjent – Prodotti ġenetikament immodifikati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom is-sojja ġenetikament immodifikata MON 87701 x MON 89788 – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Artikolu 10(1) – Talba għar-reviżjoni interna tad-deċiżjoni mressqa skont-id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent – Ċaħda tat-talba)

ĠU C 383, 11.11.2019, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Monsanto Europe, Monsanto Company, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)

(Kawża C-82/17 P) (1)

(Appell - Ambjent - Prodotti ġenetikament immodifikati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom is-sojja ġenetikament immodifikata MON 87701 x MON 89788 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 10(1) - Talba għar-reviżjoni interna tad-deċiżjoni mressqa skont-id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent - Ċaħda tat-talba)

(2019/C 383/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV (rappreżentanti: K. Smith QC, J. Stevenson, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, G. Gattinara u C. Valero, aġenti), Monsanto Europe, Monsanto Company (rappreżentanti: inizjalment M. Pittie, u sussegwentement P. Honoré u A. Helfer, avukati), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV u Sambucus eV huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Monsanto Europe u Monsanto Company għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 129, 24.04.2017.


Top