Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0896

    Kawża T-896/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Puma vs EUIPO – Senator (TRINOMIC)

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/39


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Puma vs EUIPO – Senator (TRINOMIC)

    (Kawża T-896/16)

    (2017/C 053/47)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Senator GmbH & Co. KGaA (Groß-Bieberau, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TRINOMIC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 697 074

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 70/2016-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-prinċipju ta’ patere legem quam ipse fecisti.


    Top