Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0480

    Kawża T-480/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Amedei (For you)

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/50


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Amedei (For you)

    (Kawża T-480/16)

    (2016/C 402/59)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Berger, M. Wolter, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Amedei Srl (Pontedera, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “For you” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 267 571

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 851/2015-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 342 452 imressqa kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 267 571;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

    tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top