EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0010

Kawża T-10/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2016 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni

ĠU C 111, 29.3.2016, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/28


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2016 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-10/16)

(2016/C 111/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tarr-rikorrenti

tiddikjara d-deċiżjonijiet ikkontestati bħala nulli; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta:

 

tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Ref. Ares (2015) 5513293) dwar ta’ Ftehim ta’ Għotja u ittra tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Ref. Ares (2015) 5513293) dwar Ftehim ta’ Għotja FP6 dwar id-deċiżjoni tal-konvenuta li tirkupra sussegentement għall-verifika (RAIA000024) tal-Ftehim għall-Għotja FP7 magħluqa u l-verifika (RAIA000027) ta’ kuntratti FP6;

 

skont in-nota ta’ debitu Nru 3241514917 (Ref. Ares (2015) 5513293) li tordna lir-rikorrenti tħallas total ta’ EUR 1 770 417,29 sal-15 ta’ Jannar 2016 fil-kont tal-bank tal-konvenuta; u

 

skont l-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2015 (Ref. Ares (2015)5894346, Ref. Ares (2015)5898040, Ref. Ares (2015)5899627), tal-21 ta’ Diċembru 2015 (BUDG/DGA/C4/DB – 025798.4) u tal-14 ta’ Jannar 2016 (BUDG/DGA/C4/DB – 025798.1) sabiex ipaċu kull pagament rispettiv mad-debitu assunt mir-rikorrenti li jirriżulta min-nota ta’ debitu Nru 3241514917 (Ref. Ares (2015) 5513293).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

 

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma illegali peress li l-ispejjeż invokati jissodisfaw il-kriterju ta’ eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu II.14.1 tal-Ftehim ta’ Għotja.

 

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet kkontestati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali u proċedurali applikabbli u huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipji ta’ governanza tajba.

 

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

 

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-impożizzjoni ta’ danni likwidati fid-deċiżjonijiet ikkontestati huma illegali wkoll peress ma saru l-ebda kontribuzzjonijiet finanzjarji indebiti mir-rikorrenti.


Top