Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0366

    Kawża T-366/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2017 – Gaki vs Europol (“Rikors għal annullament u għad-danni — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali — Talbiet intiżi sabiex jinkiseb ordni — Inammissibbiltà manifesta — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 402, 27.11.2017, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/35


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2017 – Gaki vs Europol

    (Kawża T-366/16) (1)

    ((“Rikors għal annullament u għad-danni - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali - Talbiet intiżi sabiex jinkiseb ordni - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

    (2017/C 402/46)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Anastasia-Soultana Gaki (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Heinen, sussegwentement minn G. Keisers, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u S. Ryder, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u P. Lux, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex l-Europol tieħu ċerti azzjonijiet u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ kontroll komuni tal-Europol tal-4 ta’ Mejju 2016 dwar ilment imressaq mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Anastasia-Soultana Gaki hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


    Top