Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0830

    Kawża T-830/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Monolith Frost vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PLOMBIR — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Eżami tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001) — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Monolith Frost vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR)

    (Kawża T-830/16) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PLOMBIR - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Eżami tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))

    (2019/C 82/56)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Monolith Frost GmbH (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Liebich u S. Labesius, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder, D. Walicka u M. Fischer, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dovgan GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1812/2015-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Monolith Frost u Dovgan.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1812/2015-4) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Monolith Frost GmbH, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Monolith Frost għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

    3)

    Dovgan GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


    Top