Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0653

    Kawża T-653/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Malta vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Dokumenti skambjati fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd — Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 — Aċċess tal-pubbliku bħala riżultat ta’ applikazzjoni ppreżentata minn organizzazzjoni mhux governattiva — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kooperazzjoni leali — Għażla tal-bażi legali”)

    ĠU C 221, 25.6.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806080091931262018/C 221/196532016TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180503171821

    Kawża T-653/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Malta vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Dokumenti skambjati fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd — Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 — Aċċess tal-pubbliku bħala riżultat ta’ applikazzjoni ppreżentata minn organizzazzjoni mhux governattiva — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kooperazzjoni leali — Għażla tal-bażi legali”)

    Top

    C2212018MT1710120180503MT0019171182

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Malta vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-653/16) ( 1 )

    “(“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Dokumenti skambjati fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd — Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 — Aċċess tal-pubbliku bħala riżultat ta’ applikazzjoni ppreżentata minn organizzazzjoni mhux governattiva — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kooperazzjoni leali — Għażla tal-bażi legali”)”

    2018/C 221/19Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentant: A. Buhagiar, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 dwar applikazzjoni konfermatorja ppreżentata minn Greenpeace għal aċċess għal dokumenti dwar kunsinna allegatament irregolari ta’ tonn ħaj mit-Tuneżija lejn fish farm għat-tkabbir tat-tonn li jinsab f’Malta, sa fejn tagħti lil Greenpeace aċċess għad-dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet Maltin.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2016 dwar applikazzjoni konfermatorja ppreżentata minn Greenpeace għal aċċess għal dokumenti dwar kunsinna allegatament irregolari ta’ tonn ħaj, mit-Tuneżija lejn Malta, hija annullata sa fejn tagħti lil Greenpeace aċċess għad-dokumenti elenkati fl-Anness B tagħha bin-numri 112 sa 230.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    ( 1 ) ĠU C 428, 21.11.2016.

    Top