Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0591

    Kawża T-591/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Wahlström vs Frontex (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Frontex — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dmir ta’ premura — Użu ta’ rapport ta’ evalwazzjoni annwali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbilità — Spejjeż — Ekwità — Artikolu 135(1) tar-Regoli ta’ Proċedura”)

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/45


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Wahlström vs Frontex

    (Kawża T-591/16) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Frontex - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura - Użu ta’ rapport ta’ evalwazzjoni annwali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbilità - Spejjeż - Ekwità - Artikolu 135(1) tar-Regoli ta’ Proċedura”))

    (2019/C 82/51)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentant: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2015 li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju fi ħdan il-Frontex u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent bħala riżultat tat-telf konsegwenti tas-salarju u tat-telf tad-drittijiet għall-pensjoni korrispondenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-21/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


    Top