Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0424

    Kawża T-424/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Żraben) (“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Eżami ex officio ta’ raġuni għal invalidità mill-Bord tal-Appell — Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell — Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”]

    ĠU C 152, 30.4.2018, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Żraben)

    (Kawża T-424/16) (1)

    ((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Eżami ex officio ta’ raġuni għal invalidità mill-Bord tal-Appell - Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”])

    (2018/C 152/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza) (rappreżentant: C. de Chassey, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Crocs, Inc. (Niwot, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Seymour, L. Cassidy, J. Guise, D. Knight, solicitors, N. Hadjadj Cazier, M. Berger u H. Haouideg, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs, Inc., hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Gifi Diffusion fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

    3)

    Crocs għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


    Top