Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0411

    Kawża T-411/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni tal-innoċenza — Proporzjonalità”)

    ĠU C 72, 25.2.2019, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

    (Kawża T-411/16) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni tal-innoċenza - Proporzjonalità”))

    (2019/C 72/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, A. Vitro u G. Étienne, sussegwentement S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, u fl-aħħar nett S. Kyriakopoulou u A. Vitro, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), kif ukoll tal-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea


    (1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


    Top