EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0090

Kawża T-90/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Murphy vs EUIPO– Nike Innovate (Wristband elettronika) [“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta wristband elettronika — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002”]

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – Murphy vs EUIPO– Nike Innovate (Wristband elettronika)

(Kawża T-90/16) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta wristband elettronika - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002”])

(2017/C 277/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Murphy (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. Travers, SC, J. Gormley, Barrister, u M. O’Connor, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nike Innovate CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2015 (Każ R 736/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn T. Murphy u Nike Innovate.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Thomas Murphy huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.


Top