Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0042

    Kawża T-42/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Kunsill u Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Linji gwida dwar it-terapija bil-laser — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Terminu raġonevoli — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq — Danni materjali — Danni morali — Talbiet imressqa mir-rikorrent fil-kuntest ta’ kawża pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal”)

    ĠU C 437, 18.12.2017, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 437/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Kunsill u Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea

    (Kawża T-42/16) (1)

    ((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Linji gwida dwar it-terapija bil-laser - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq - Danni materjali - Danni morali - Talbiet imressqa mir-rikorrent fil-kuntest ta’ kawża pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal”))

    (2017/C 437/32)

    Lingwa tal-kawża: it–Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il–Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Isola u G. Isola, sussegwentement G. Ferabecoli, avukati)

    Konvenuti: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u M. Veiga, aġenti) u l–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra, l-ewwel nett, minħabba l-adozzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti linji gwida dwar it-terapija bil-laser, it-tieni nett, minħabba t-tul allegatament eċċessiv tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tat-talba tiegħu għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi marbuta ma terapija bil-laser, it-tielet nett, minħabba n-natura allegatament mhux xierqa ta’ dawn il-proċeduri u, ir-raba’ nett, minħabba d-diversi rikorsi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali ġegħluh jippreżenta.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Carlo De Nicola huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża sostnuti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-82/15).


    Top