EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0020

Kawża T-20/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – M/S. Indeutsch International vs EUIPO – Crafts Americana Group (Rappreżentazzjoni ta’ disinn forma ta’ żigużajg bejn linji paralleli) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta disinn forma ta’ żigużajg bejn żewġ linji paralleli — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżami tat – trade mark kif irreġistrata”]

ĠU C 256, 7.8.2017, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – M/S. Indeutsch International vs EUIPO – Crafts Americana Group (Rappreżentazzjoni ta’ disinn forma ta’ żigużajg bejn linji paralleli)

(Kawża T-20/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta disinn forma ta’ żigużajg bejn żewġ linji paralleli - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami tat – trade mark kif irreġistrata”])

(2017/C 256/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M/S. Indeutsch International (Noida, l-Indja) (rappreżentanti: inizjalment minn D. Stone, D. Meale, A. Dykes, solicitors, u S. Malynicz, QC, sussegwentement minn D. Stone u S. Malynicz u finalment minn D. Stone, S. Malynicz u M. Siddiqui, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Crafts Americana Group, Inc. (Vancouver, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Fish u V. Leitch, solicitors, u A. Bryson, barrister)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2015 (każ R 1814/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Crafts Americana Group u M/S. Indeutsch International.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-5 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1814/2014 1), hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ M/S. Indeutsch International.

3)

Crafts Americana Group, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016


Top