This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016FN0041
Case F-41/16: Action brought on 11 August 2016 — ZZ v EEAS
Kawża F-41/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs SEAE
Kawża F-41/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs SEAE
ĠU C 371, 10.10.2016, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 371/29 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-41/16)
(2016/C 371/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Meyer, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament jew tħassir tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jitolbu r-rimbors tal-allowances tal-edukazzjoni allegatament irċevuti b’mod żbaljat mir-rikorrent u li jirrifjutaw lir-rikorrent allowances tal-edukazzjoni oħrajn, u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tal-ammonti miżmuma.
Talbiet
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ Mejju 2016, rigward l-ilmenti tar-rikorrent R/18/16 u R/19/16 u d-deċiżjonijiet li huma jikkontestaw rigward is-sena skolastika 2014/15; |
— |
sussidjarjament, iħassar id-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ Mejju 2016, rigward l-ilmenti tar-rikorrent R/18/16 u R/19/16 u d-deċiżjonijiet li huma jikkontestaw rigward is-sena skolastika 2014/15; |
— |
jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ammonti miżmuma b’mod żbaljat abbażi ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
jikkundanna lis-SEAE għalsl-ispejjeż. |