EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0026

Kawża F-26/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs eu-LISA u Il-Kummissjoni

ĠU C 296, 16.8.2016, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/44


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs eu-LISA u Il-Kummissjoni

(Kawża F-26/16)

(2016/C 296/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)

Konvenuti: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA),

u

Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad lir-rikorrenti awtorizzazzjoni minn qabel għal trattament mediku għal żewġha taħt l-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-awtorizzazzjoni minn qabel għat-trattament mediku tar-raġel tar-rikorrenti kopert mill-Iskema komuni ta’ Assigurazzjoni għall-mard;

jiddikjara li l-epatite Ċ li minnha jsofri r-raġel tar-rikorrenti hija marda serja fis-sens tal-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.


Top