Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0022

Kawża F-22/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – ZZ vs CPVO

ĠU C 251, 11.7.2016, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/50


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – ZZ vs CPVO

(Kawża F-22/16)

(2016/C 251/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u t-talba li r-rikorrent jiġi kkumpensat għad-dannu materjali u morali allegatament subit minnu.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2015;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-15 ta’ Settembru 2015 kontra d-deċiżjoni ċċitata hawn fuq;

jikkumpensa d-dannu materjali subit b’dan il-mod, evalwat b’mod provviżorju ex aequo et bono għal EUR 119 767;

jagħti lir-rikorrent kumpens għad-danni għal ammont ta’ EUR 30 000 għad-dannu morali subit;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


Top