Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0542

    Kawża C-542/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fis- 26 ta’ Ottubru 2016 — Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag et vs Suċċessjoni ta’ Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fis- 26 ta’ Ottubru 2016 — Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag et vs Suċċessjoni ta’ Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag

    (Kawża C-542/16)

    (2017/C 014/31)

    Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

    Qorti tar-rinviju

    Högsta domstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag, Jan-Herik Strobel, Mona Strobel, Margareta Nilsson, Per Nilsson, Kent Danås, Dödsboet efter Tommy Jönsson, Stefan Pramryd, Stefan Ingemansson, Lars Persson, Magnus Persson, Anne-Charlotte Wickström, Peter Nilsson, Ingela Landau, Thomas Landau, Britt-Inger Ruth Romare, Gertrud Andersson, Eva Andersson, Rolf Andersson, Lisa Bergström, Bo Sörensson, Christina Sörensson, Kaj Wirenkook, Lena Bergquist Johansson, Agneta Danås, Hans Eriksson, Christina Forsberg, Christina Danielsson, Per-Olof Danielsson, Ann-Christin Jönsson, Åke Jönsson, Stefan Lindgren, Daniel Röme, Ulla Nilsson, suċċessjoni ta’ Leif Göran Erik Nilsson

    Konvenuti: Suċċessjoni ta’ Ingvar Mattsson, Länsförsäkringar Sak Försäkringsaktiebolag

    Domandi preliminari

    1)

    (a)

    Id-Direttiva 2002/92 (1) tkopri attività fejn intermedjarju fl-assigurazzjoni ma kellu l-ebda intenzjoni li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni reali? Huwa rilevanti jekk din l-intenzjoni kienet assenti qabel ma bdiet l-attività jew bdiet teżisti biss sussegwentement?

    (b)

    Fis-sitwazzjoni prevista fid-domanda 1(a), huwa rilevanti jekk l-intermedjarju wettaqx ukoll attività ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni xierqa flimkien ma’ attività fittizja?

    (ċ)

    Fis-sitwazzjoni prevista fid-domanda 1(a) ukoll, huwa rilevanti li l-attività dehret, prima facie, lill-klijent bħala xogħol preparatorju għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni? Il-fehma tal-klijent, kemm jekk fondata jew infondata, ta’ jekk kinitx involuta l-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, hija ta’ xi rilevanza?

    2)

    (a)

    Id-Direttiva 2002/92 tirregola l-pariri, ekonomiċi jew mod ieħor, mogħtija b’konnessjoni mal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni iżda li bħala tali ma jikkonċernawx l-iffirmar attwali jew il-kontinwazzjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni? F’dan ir-rigward, x’japplika, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ pariri dwar it-tqegħid tal-kapital fil-kuntest ta’ assigurazzjoni ta’ kapital?

    (b)

    Il-pariri msemmija fid-domanda 2(a), fejn, b’definizzjoni, jikkostitwixxu pariri dwar l-investiment skont id-Direttiva 2004/39 (2), huma wkoll jew minflok koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva? Jekk dawn il-pariri huma koperti wkoll mid-Direttiva 2004/39, sett ta’ regoli wieħed jieħu preċedenza fuq l-ieħor?


    (1)  Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew, tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6 Vol. 4, p. 330).

    (2)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).


    Top