Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0307

    Kawża C-307/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

    ĠU C 335, 12.9.2016, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 335/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

    (Kawża C-307/16)

    (2016/C 335/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Stanisław Pieńkowski

    Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (Direttur tal-Kamra tal-Finanzi ta’ Lublin)

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 146(1)(b), l-Artikolu 147 kif ukoll l-Artikolu 131 u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu l-applikazzjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ persuna taxxabbli li ma tissodisfax il-kundizzjoni li teżiġi li din tkun laħqet limitu minimu ta’ dħul mill-bejgħ matul is-sena fiskali preċedenti, u li lanqas ma tkun ikkonkludiet kuntratt ma’ operatur intitolat biex iwettaq ir-rimborsi tal-VAT lill-vjaġġaturi?


    (1)  ĠU L 347, p. 1


    Top