EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0121

Kawża C-121/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile e penale di Cagliari (l-Italja) fid-29 ta’ Frar 2016 – Salumificio Murru SpA vs Autotrasporti di Marongiu Remigio

ĠU C 200, 6.6.2016, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile e penale di Cagliari (l-Italja) fid-29 ta’ Frar 2016 – Salumificio Murru SpA vs Autotrasporti di Marongiu Remigio

(Kawża C-121/16)

(2016/C 200/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile e penale di Cagliari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Salumificio Murru SpA

Konvenuta: Autotrasporti di Marongiu Remigio

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 101 TFUE, moqri flimien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 83a(10) tad-Digriet Liġi Nru 112/2008, sa fejn il-prezz tas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq f’isem terzi ma jistax ikun inqas mill-ispejjeż minimi tal-operat stabbiliti mill-Ministeru tal-Infrastrutturi u tat-Trasport u ma jitħalliex għad-determinazzjoni libera tal-kontraenti?

2)

B’teħid inkunsiderazzjoni tal-kwalità ta’ awtorità pubblika tal-Ministeru tal-Infrastrutturi u tat-Trasport, ir-regoli tal-kompetizzjoni fis-suq intern jistgħu jkunu ristretti permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jiġi segwit l-għan ta’ protezzjoni tas-sigurtà fit-toroq?


Top