EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0036

Kawża C-36/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Jannar 2016 – Minister Finansów vs Posnania Investment S.A.

ĠU C 145, 25.4.2016, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Jannar 2016 – Minister Finansów vs Posnania Investment S.A.

(Kawża C-36/16)

(2016/C 145/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Posnania Investment S.A.

Domanda preliminari

It-trasferiment tal-proprjetà ta’ art (oġġett) minn persuna taxxabbli għall-VAT: a) lit-Teżor tal-Istat – bi skambju għal arretrati ta’ taxxa fir-rigward ta’ taxxi li jikkostitwixxu dħul tal-baġit tal-Istat, jew b) lil muniċipalità, distrett jew awtorità reġjonali – bi skambju għal arretrati tat-taxxa fir-rigward ta’ taxxi li jikkostitwixxu d-dħul tal-baġit tagħhom, li jirriżulta fit-tmiem tad-dejn fiskali, huwa tranżazzjoni taxxabbli (provvista ta’ oġġetti magħmula bi ħlas) fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) u tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”)?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


Top