Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CC0527

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali H. Saugmandsgaard Øe, ippreżentati fil-31 ta’ Jannar 2018.
    Salzburger Gebietskrankenkasse u Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz vs Alpenrind GmbH et.
    Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikoli 5 u 19(2) – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak li fih hija l-persuna li timpjega teżerċita normalment l-attivitajiet tagħha – Ħruġ ta’ ċertifikati A1 mill-Istat Membru ta’ oriġini wara r-rikonoxximent mill-Istat Membru ospitanti tal-issuġġettar tal-ħaddiema għall-iskema tas-sigurtà soċjali tiegħu – Opinjoni tal-Bord Amministrattiv – Ħruġ bi żball taċ-ċertifikati A1 – Konstatazzjoni – Natura vinkolanti u effett retroattiv ta’ dawn iċ-ċertifikati – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Leġiżlazzjoni applikabbli – Artikolu 12(1) – Kunċett ta’ persuna li tkun “intbagħtet hemm biex tieħu post persuna oħra”.
    Kawża C-527/16.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2018:52

    KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    SAUGMANDSGAARD ØE

    ippreżentati fil-31 ta’ Jannar 2018 ( 1 )

    Kawża C‑527/16

    Salzburger Gebietskrankenkasse,

    Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

    fil-preżenza ta’

    Alpenrind GmbH,

    Martin-Meat Szolgáltató és Kereskedelmi Kft,

    Martimpex-Meat Kft,

    Pensionsversicherungsanstalt,

    Allgemeine Unfallversicherungsanstalt

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ħaddiema migranti – Sigurtà soċjali – Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak li fih hija stabbilita l-persuna li timpjega – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikolu 5(1) u Artikolu 19(2) – Dokument portabbli A1 – Effett vinkolanti – Deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali dwar l-irtirar tad-dokument portabbli A1 – Effett retroattiv tad-dokument portabbli A1 – Ħruġ tad-dokument portabbli A1 wara l-issuġġettar tal-ħaddiem għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 12(1) – Kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni tal-persuni kkollokati”

    I. Introduzzjoni

    1.

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 2 ) kif ukoll tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 ( 3 ).

    2.

    Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, is-Salzburger Gebietskrankenkasse (il-Fond Reġjonali tal-Mard tal-Land ta’ Salzburg, l-Awstrija, iktar ’il quddiem il-“Fond tal-Mard ta’ Salzburg”) u l-Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz (il-Ministru Federali għax-Xogħol, għall-Affarijiet Soċjali u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi, l-Awstrija) u min-naħa l-oħra, impriża Awstrijaka, minn banda waħda, u żewġ impriżi Ungeriżi, mill-banda l-oħra, dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali fir-rigward tal-ħaddiema kkollokati fl-Awstrija.

    3.

    L-ewwel u t-tieni domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju jistiednu lill-Qorti tal-Ġustizzja tispeċifika l-effetti ta’ dokument portabbli A1 ( 4 ), maħruġ skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009, sabiex jipprovdi attestazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004. F’dan ir-rigward, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dokument portabbli A1 jorbotx lil qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, tal-Istat Membru ospitanti. Fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-qorti tar-rinviju, permezz tat-tieni domanda tagħha, tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dokument portabbli A1 jorbotx ukoll meta l-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni Amministrattiva”) ( 5 ) tkun tat deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ dan id-dokument, iżda l-istituzzjoni emittenti ma tkunx irtirat l-imsemmi dokument. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett vinkolanti tad-dokument portabbli A1, fil-każ li dan id-dokument ikun inħareġ wara l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti u, jekk ikun il-każ, dwar l-eventwali effetti retroattivi tal-imsemmi dokument.

    4.

    Permezz tat-tielet domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 li skontu persuna li tiġi kkollokata mill-persuna li timpjegaha sabiex twettaq xogħol fi Stat Membru ieħor tibqa’ suġġetta, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kundizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni li teżiġi li l-persuna kkollokata “ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata [kkollokata] oħra” (iktar ’il quddiem il-“kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni”) tinkisirx meta s-sostituzzjoni ssir fil-forma ta’ kollokament magħmul mhux mill-istess persuna li timpjega iżda minn persuna oħra li timpjega u jekk, f’dan il-kuntest, huwiex rilevanti jekk iż-żewġ persuni li jimpjegaw ikollhomx is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru jew jekk bejniethom ikunux jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva.

    II. Id-dritt tal-Unjoni

    A.   Ir-Regolament Nru 883/2004

    5.

    L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat “Regoli ġenerali”, li jinsab fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, intitolat “Determinazzjoni ta’ liema leġislazzjoni tapplika”, jistabbilixxi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3(a) tiegħu:

    “1.   Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.

    […]

    3.   Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:

    (a)

    persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal- leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;

    […]”

    6.

    L-Artikolu 12, li jinsab fl-istess titolu tar-Regolament Nru 883/2004, u li huwa intitolat “Regoli speċjali”, fil-verżjoni inizjali tiegħu, kien jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu:

    “Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem il-prinċipal tagħha, liema prinċipal normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat mill-prinċipal tagħha fi Stat Membru ieħor biex taħdem f’isem il-prinċipal għandha tibqa’ suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-ewwel Stat Membru sakemm mhux maħsub li x-xogħol idum aktar minn 24 xahar u sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna oħra.”

    7.

    Matul il-perijodu kontenzjuż fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2012 u t-13 ta’ Diċembru 2013, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ġie emendat bir-Regolament Nru 465/2012 b’effett mit-28 ta’ Ġunju 2012 ( 6 ). B’mod partikolari, il-kliem “sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna oħra”, li jinsabu fl-aħħar parti ta’ din id-dispożizzjoni, ġew issostitwiti bil-kliem “sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata [kkollokata] oħra” ( 7 ).

    8.

    L-Artikolu 76, intitolat “Koperazzjoni”, li jinsab fit-Titolu V tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat “Disposizzjonijiet mixxellanji”, jistabbilixxi fil-paragrafu 6 tiegħu:

    “F’każ ta’ diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jipperikolaw id-drittijiet ta’ persuna koperta minnu, l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti jew ta’ l-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna konċernata għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni (jew istituzzjonijiet) ta’ l-Istat Membru (jew Stati Membri) konċernat (jew konċernati). Jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni f’perjodu raġjonevoli, l-awtoritajiet konċernati jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni Amministrattiva biex tindaħal.”

    B.   Ir-Regolament Nru 987/2009

    9.

    L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 987/2009, intitolat “Valur legali tad-dokumenti u l-evidenza ta’ sostenn maħruġa fi Stat Membru ieħor”, li jinsab fit-Titolu I ta’ dan ir-regolament, intitolat “Dispożizzjonijiet ġenerali”, jistabbilixxi:

    “1.   Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta’ persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, u l-evidenza ta’ sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu.

    2.   F’każ ta’ dubju dwar il-leġittimità tad-dokument jew l-eżattezza tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni li ħarġitu l-kjarifiki meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta’ dak id-dokument. L-istituzzjoni li ħarġitu għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk meħtieġ, li tirtirah.

    3.   Konformement mal-paragrafu 2, f’każ ta’ dubju dwar l-informazzjoni pprovduta mill-persuni kkonċernati, dwar il-validità ta’ dokument jew il-prova ta’ sostenn jew l-eżattezza tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza għandha, sa fejn dan ikun possibli, fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, twettaq il-verifika meħtieġa ta’ din l-informazzjoni jew ta’ dan id-dokument.

    4.   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument tkun ippreżentat it-talba tagħha. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.”

    10.

    L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 987/2009, intitolat “L-għoti ta’ informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil min iħaddem”, li jinsab fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, intitolat “Determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli”, jistabbilixxi fil-paragrafu 2 tiegħu:

    “Fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ta’ min iħaddimha, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-leġislazzjoni hija applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tipprovdi attestazzjoni li tali leġislazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn ikun il-każ, sa liema data u taħt liema kondizzjonijiet.”

    III. Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

    11.

    Alpenrind GmbH, li hija stabbilita fl-Awstrija, hija kumpannija attiva fis-settur tal-kummerċ fil-bhejjem u tal-laħam. Hija ilha mill-1997 topera biċċerija li hija tikri f’Salzburg.

    12.

    Fl-2007, Alpenrind (jew il-kumpannija S GmbH li hija ssuċċediet) ikkonkludiet kuntratt mal-kumpannija Martin-Meat Szolgáltató és Kereskedelmi Kft (iktar ’il quddiem “Martin-Meat”), stabbilita fl-Ungerija, li skontu din tal-aħħar impenjat ruħha li twettaq xogħlijiet ta’ tqattigħ ta’ laħam u ta’ imballaġġ. Dawn ix-xogħlijiet kienu jitwettqu fil-bini ta’ Alpenrind minn ħaddiema kkollokati fl-Awstrija ( 8 ). Martin-Meat wettqet dawn ix-xogħlijiet sal-31 ta’ Jannar 2012.

    13.

    Fl-24 ta’ Jannar 2012, Alpenrind ikkonkludiet kuntratt mal-kumpannija Martimpex-Meat Kft, stabbilita fl-Ungerija, li skontu din tal-aħħar impenjat ruħha li twettaq xogħlijiet ta’ tqattigħ ta’ laħam u ta’ imballaġġ bejn l-1 ta’ Frar 2012 u l-31 ta’ Jannar 2014. Dawn ix-xogħlijiet kienu jitwettqu fil-bini ta’ Alpenrind minn ħaddiema kkollokati fl-Awstrija.

    14.

    Mill-1 ta’ Frar 2014, Alpenrind inkarigat mill-ġdid lil Martin-Meat bit-twettiq tal-imsemmija xogħlijiet ta’ tqattigħ ta’ laħam fil-bini msemmi iktar ’il fuq permezz tal-persunal tagħha.

    15.

    Għall-ħaddiema, li kienu ’l fuq minn 250 ruħ, imħaddma minn Martimpex-Meat matul il-perijodu kontenzjuż, jiġifieri mill-1 ta’ Frar 2012 sat-13 ta’ Diċembru 2013, l-istituzzjoni Ungeriża kompetenti ħarġet dokumenti portabbli A1 li jipprovdu attestazzjoni tal-applikazzjoni tal-iskema Ungeriża ta’ sigurtà soċjali għal dawn il-ħaddiema, skont l-Artikoli 11 sa 16 tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 987/2009. Il-qorti tar-rinviju tispjega li dawn id-dokumenti nħarġu “inparti retroattivament u inparti f’każijiet fejn l-istituzzjoni Awstrijaka ta’ sigurtà soċjali kienet diġà stabbilixxiet permezz ta’ deċiżjoni (mhux definittiva) l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni Awstrijaka” ( 9 ). Kull wieħed minn dawn id-dokumenti kien jindika lil Alpenrind bħala persuna li timpjega fil-post fejn kienet qiegħda titwettaq attività professjonali.

    16.

    Permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2013, il-Fond tal-Mard ta’ Salzburg stabbilixxa l-issuġġettar tal-ħaddiema msemmija iktar ’il fuq għall-assigurazzjoni obbligatorja fl-Awstrija matul il-perijodu kontenzjuż skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka fil-qasam tas-sigurtà soċjali.

    17.

    Permezz ta’ sentenza tas-7 ta’ Marzu 2016, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija) annullat id-deċiżjoni tal-Fond tal-Mard ta’ Salzburg, għar-raġuni li dan tal-aħħar ma kellux kompetenza. Il-qorti tar-rinviju tispjega li dik is-sentenza kienet immotivata b’mod partikolari mill-fatt li “l-istituzzjoni Ungeriża ta’ sigurtà soċjali kompetenti ħarġet, għal kull waħda mill-persuni suġġetti għall-assigurazzjoni obbligatorja fl-Awstrija, dokument [portabbli] A1 li kien jistabbilixxi li, minn data speċifika ’l quddiem, din il-persuna hija mħaddma fl-Ungerija minn [Martimpex-Meat] bħala impjegat suġġett għall-assigurazzjoni obbligatorja u x’aktarx hija kkollokata fl-Awstrija ma’ [Alpenrind] għat-tul tal-perijodu indikat f’kull formola, li jinkludi l-perijodu kontenzjuż.”

    18.

    Il-Fond tal-Mard ta’ Salzburg u l-Ministru Federali għax-Xogħol, għall-Affarijiet Soċjali u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi ppreżentaw appell ta’ “Revision (reviżjoni)” minn dik is-sentenza quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva), billi jiċħdu li d-dokumenti portabbli A1 għandhom effett vinkolanti assolut. Skont dawn il-partijiet, dan l-effett vinkolanti huwa bbażat fuq l-osservanza tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri, stabbilit mill-Artikolu 4(3) TUE. Issa, l-istituzzjoni Ungeriża kompetenti kisret dan il-prinċipju f’dan il-każ. F’dan ir-rigward, fil-proċedura għal reviżjoni, il-Ministru Federali għax-Xogħol, għall-Affarijiet Soċjali u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi pproduċa dokumenti li minnhom jirriżulta li l-Kummissjoni Amministrattiva kkonkludiet, fl-20 u fil-21 ta’ Ġunju 2016, li l-Ungerija żbaljat meta ddikjarat li kienet kompetenti fir-rigward tal-ħaddiema kkonċernati u li, għaldaqstant, id-dokumenti portabbli A1 kellhom jiġu rtirati.

    19.

    Permezz tal-konklużjonijiet tagħha tal-20 u tal-21 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni Amministrattiva approvat, b’unanimità tad-delegazzjonijiet li ma kinux involuti fit-tilwima, l-opinjoni tal-Bord ta’ Konċiljazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva (iktar ’il quddiem il-“Bord ta’ Konċiljazzjoni”) tad-9 ta’ Mejju 2016 dwar tilwima bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Ungerija ( 10 ). Mill-imsemmija opinjoni jirriżulta li l-proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva kienet toriġina f’tilwima li kienet ilha għaddejja għal diversi snin bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Ungerija dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiema li ġew ikkollokati fl-Awstrija minn Martin-Meat u minn Martimpex-Meat fil-kuntest tal-ftehimiet konklużi minn dawn l-impriżi ma’ Alpenrind. Din it-tilwima tifforma parti mill-kuntest ta’ diskussjoni iktar ġenerali fi ħdan il-Kummissjoni Amministrattiva dwar l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ( 11 ).

    20.

    Permezz tal-opinjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2016, il-Bord ta’ Konċiljazzjoni kkonkluda favur il-pożizzjoni adottata mir-Repubblika tal-Awstrija, billi qies, essenzjalment, li l-fatt li l-persuna tkun ikkollokata minn persuna li timpjega differenti mill-persuna li timpjega lill-ħaddiem li kien ikkollokat qabel ma jistax jeskludi li s-sitwazzjoni tista’ tiġi kklassifikata bħala “tieħu post [sostituzzjoni]” fis-sens tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ( 12 ). Fuq din il-bażi, il-Bord ta’ Konċiljazzjoni qies li, fil-każ inkwistjoni, id-dokumenti portabbli A1 maħruġa fir-rigward tal-ħaddiema sostituti kienu nħarġu b’mod żbaljat u kellhom jiġu rtirati, bħala prinċipju, mid-data li fiha l-istituzzjoni Ungeriża kompetenti kienet ġiet informata u kienet irċeviet il-provi relatati mas-sitwazzjoni fl-Istat Membru ospitanti. Madankollu, peress li rrikonoxxa li l-irtirar retroattiv tad-dokumenti portabbli A1 jikkawża diffikultajiet amministrattivi sostanzjali u jkollu effetti żvantaġġużi għall-ħaddiema kkonċernati, il-Bord ta’ Konċiljazzjoni invoka l-possibbiltà li r-Repubblika tal-Awstrija u l-Ungerija jinnegozjaw ftehim f’dan ir-rigward ( 13 ).

    21.

    Huwa paċifiku li d-dokumenti portabbli A1 maħruġa fir-rigward tal-ħaddiema kkonċernati ma ġewx irtirati jew annullati mill-istituzzjoni Ungeriża kompetenti wara l-proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva. F’dan ir-rigward, mill-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern Ungeriż u mill-Gvern Awstrijak jirriżulta li sar djalogu bejn l-awtoritajiet taż-żewġ Stati Membri dwar il-modalitajiet ta’ rtirar tal-imsemmija dokumenti, iżda li dan id-djalogu huwa attwalment sospiż sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar din it-talba għal deċiżjoni preliminari.

    22.

    Permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2016, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta’ Ottubru 2016, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “1)

    L-effett vinkolanti tad-dokumenti fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament […] Nru 987/2009 […], iddefinit mill-Artikolu 5 tal-istess regolament, japplika wkoll fi proċedura quddiem qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE?

    2)

    Jekk l-ewwel domanda ma tingħatax risposta fin-negattiv:

    a)

    dan l-effett vinkolanti japplika wkoll meta proċedura preċedenti quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali la wasslet għal ftehim u lanqas għal irtirar tad-dokumenti kontenzjużi?

    b)

    dan l-effett vinkolanti japplika wkoll meta dokument “A 1” ikun inħareġ biss wara li l-Istat Membru ospitanti jkun stabbilixxa uffiċjalment l-issuġġettar għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu? F’dawn il-każijiet, l-effett vinkolanti japplika wkoll b’mod retroattiv?

    3)

    Jekk, f’ċirkustanzi partikolari, l-effett vinkolanti ta’ dokumenti previsti fl-Artikolu 19(2) tar-[Regolament Nru 987/2009] huwa limitat:

    Il-projbizzjoni ta’ sostituzzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-[Regolament Nru 883/2004] hija miksura meta s-sostituzzjoni ssir fil-forma ta’ kollokament magħmul mhux mill-istess persuna li timpjega iżda minn persuna oħra li timpjega? F’dan ir-rigward, huwa rilevanti:

    a)

    jekk din il-persuna li timpjega għandha s-sede tagħha fl-istess Stat Membru bħall-ewwel persuna li timpjga, jew

    b)

    jekk, bejn l-ewwel u t-tieni persuni li jimpjegaw li jagħmlu l-kollokament, jeżisti rbit personali u/jew irbit ta’ organizzazzjoni?”

    23.

    Il-Fond tal-Mard ta’ Salzburg, Alpenrind, Martin Meat u Martimpex-Meat ( 14 ), il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Belġjan, il-Gvern Ċek, il-Gvern Ġermaniż, il-Gvern Irlandiż, il-Gvern Ungeriż u l-Gvern Pollakk kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Matul is-seduta li nżammet fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Fond tal-Mard ta’ Salzburg, Alpenrind, Martin Meat u Martimpex-Meat, il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Ċek, il-Gvern Irlandiż, il-Gvern Franċiż, il-Gvern Ungeriż u l-Gvern Pollakk kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw sottomissjonijiet orali.

    IV. Analiżi

    A.   Fuq l-ewwel domanda preliminari

    24.

    Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li dokument portabbli A1 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 19(2) tal-imsemmi regolament, li jipprovdi attestazzjoni tal-affiljazzjoni tal-ħaddiem mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru, taħt it-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, jorbot lil qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, ta’ Stat Membru ieħor ( 15 ).

    25.

    Bħall-partijiet interessati kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt, b’eċċezzjoni tal-Fond tal-Mard ta’ Salzburg ( 16 ), inqis, għar-raġunijiet li ġejjin, li din id-domanda timmerita risposta affermattiva ( 17 ).

    26.

    Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm ma jiġix irtirat jew iddikjarat invalidu, iċ-ċertifikat E 101 (il-predeċessur tad-dokument portabbli A1 ( 18 )) huwa vinkolanti fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru li fih il-ħaddiem impjegat jittrasferixxi ruħu sabiex iwettaq xogħol, u, għaldaqstant, jorbot lill-istituzzjonijiet ta’ dan l-Istat Membru. Minn dan jirriżulta li qorti tal-Istat Membru ospitanti ma hijiex awtorizzata tivverifika l-validità ta’ ċertifikat E 101 fid-dawl tal-elementi li abbażi tagħhom ikun inħareġ ( 19 ).

    27.

    Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament Nru 987/2009, li attwalment huwa fis-seħħ, ikkodifika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi stabbilixxa, b’mod partikolari, in-natura vinkolanti taċ-ċertifikat E 101 u l-kompetenza esklużiva tal-istituzzjoni emittenti fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-validità tal-imsemmi ċertifikat ( 20 ). Fil-fatt, l-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi li d-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta’ persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti Nru 883/2004 u Nru 987/2009, u l-evidenza ta’ sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu ( 21 ).

    28.

    Fil-fehma tiegħi, xejn ma jippermetti li jiġi preżunt li, meta wettaq din il-kodifikazzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jillimita l-effett vinkolanti tad-dokumenti previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 987/2009 biss għall-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri u, għaldaqstant, li jitbiegħed mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li ċ-ċertifikat E 101 jorbot ukoll lill-qrati nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra ( 22 ).

    29.

    Huwa minnu li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009 ma jsemmix il-qrati tal-Istati Membri l-oħra. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija dispożizzjoni hija fformulata f’termini li jikkorrispondu, fil-parti l-kbira tagħhom, għal dawk użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar iċ-ċertifikat E 101. Il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant ikkonstatat li ċ-ċertifikat E 101 jorbot lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li fih dan il-ħaddiem iwettaq xogħol u li, sakemm l-imsemmi ċertifikat ma jiġix irtirat jew iddikjarat invalidu, l-imsemmija istituzzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li dan tal-aħħar huwa diġà suġġett għal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-Istat fejn l-impriża li timpjegah hija stabbilita u din l-istituzzjoni ma tistax, konsegwentement, tissuġġetta lill-ħaddiem inkwistjoni għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tagħha ( 23 ). Barra minn hekk, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009 jipprovdi espressament li d-dokumenti previsti minn din id-dispożizzjoni għandhom jiġu aċċettati, sakemm ma jiġux irtirati jew iddikjarati invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu, ħaġa li tikkorrobora l-konklużjoni li din id-dispożizzjoni ma tippermettix lil Stat Membru ieħor iqiegħed fid-dubju, permezz tal-qrati tiegħu, il-validità tal-imsemmija dokumenti.

    30.

    Lanqas ix-xogħol preparatorju relatat mar-Regolament Nru 987/2009 ma jinkludi indikazzjonijiet ta’ intenzjoni min-naħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jitbiegħed mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett vinkolanti taċ-ċertifikat E 101 fir-rigward tal-qrati nazzjonali. Għall-kuntrarju, mill-proposta li wasslet għall-adozzjoni tal-imsemmi regolament jirriżulta li din tal-aħħar kienet intiża biss li tissemplifika u li timmodernizza d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 574/72 ( 24 ).

    31.

    Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li mill-premessa 12 tar-Regolament Nru 987/2009 jirriżulta li l-miżuri u l-proċeduri previsti minn dan ir-regolament “huma r-riżultat tal-każistika tal-[Qorti tal-Ġustizzja], tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni amministrattiva kif ukoll tal-esperjenza ta’ aktar minn tletin sena ta’ applikazzjoni tal-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali fil-qafas tal-libertajiet fundamentali speċifikati mit-Trattat” ( 25 ). Din il-konstatazzjoni tagħti x’tifhem li, kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jitbiegħed mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett vinkolanti taċ-ċertifikat E 101, kien jindika din l-intenzjoni espressament.

    32.

    Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 987/2009, li għalih tagħmel riferiment il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tipprevedi l-applikazzjoni provviżorja ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fejn ikun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta’ żewġ Stati Membri jew iktar dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli ( 26 ). Issa, fl-opinjoni tiegħi, xejn ma jippermetti li jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jillimita, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, l-effett vinkolanti tad-dokumenti previsti fl-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, skont il-paragrafu 1 tiegħu, l-imsemmi Artikolu 6 japplika “[s]akemm mhux previst mod ieħor fir-Regolament [Nru 987/2009]” ( 27 ).

    33.

    Fl-opinjoni tiegħi, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li, meta adotta r-Regolament Nru 987/2009 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 5(1) tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried sempliċement jikkodifika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett vinkolanti taċ-ċertifikat E 101. Għal din ir-raġuni, jidhirli li l-imsemmija ġurisprudenza hija applikabbli, mutatis mutandis, għad-dokumenti portabbli A1.

    34.

    Inżid, barra minn hekk, li interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009 li tillimita l-effett vinkolanti tad-dokument portabbli A1 biss għall-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tipperikola li ċċaħħad lil din id-dispożizzjoni mill-effett utli tagħha. Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward taċ-ċertifikat E 101, li kieku kellu jiġi aċċettat li l-istituzzjoni nazzjonali kompetenti tista’, billi tiftaħ proċeduri quddiem qorti tal-Istat Membru ospitanti tal-ħaddiem ikkonċernat li għalih tappartjeni, tikseb dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-imsemmi ċertifikat, dan jista’ jikkomprometti s-sistema bbażata fuq il-kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri ( 28 ).

    35.

    F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm il-qafas leġiżlattiv preċedenti rregolat mir-Regolamenti Nru 1408/71 u Nru 574/72 ma kienx jinkludi dispożizzjoni li tikkorrispondi għall-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu bbażat il-ġurisprudenza tagħha dwar l-effett vinkolanti taċ-ċertifikat E 101, b’mod partikolari, fuq l-osservanza tal-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali, stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71 (li jikkorrispondi għall-attwali Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ( 29 )) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-persuni li jiċċaqilqu ġewwa l-Unjoni, kif ukoll fuq l-obbligi li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE ( 30 ). Fl-opinjoni tiegħi, dawn il-kunsiderazzjonijiet jibqgħu kompletament validi fil-kuntest tar-Regolament Nru 883/2004 u 987/2009.

    36.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari fis-sens li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sakemm ma jiġix irtirat jew iddikjarat invalidu, dokument portabbli A1 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 19(2) tal-imsemmi regolament, li jipprovdi attestazzjoni tal-affiljazzjoni tal-ħaddiem mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru, taħt it-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, jorbot lil qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, ta’ Stat Membru ieħor ( 31 ).

    B.   Fuq it-tieni domanda preliminari

    37.

    It-tieni domanda preliminari, li qiegħda ssir biss fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, tinqasam f’żewġ partijiet li jirrigwardaw żewġ każijiet speċifiċi. Permezz tal-ewwel parti, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett vinkolanti tad-dokument portabbli A1 fil-każ li tkun inbdiet proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva (punt a) tat-tieni domanda preliminari). Permezz tat-tieni parti, dik il-qorti tistaqsi jekk id-dokument portabbli A1 ikollux effett vinkolanti fil-każ li jkun inħareġ wara l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti u, fil-każ ta’ risposta affermattiva, jekk id-dokument, f’dan il-każ, ikollux effett retroattiv (punt b) tat-tieni domanda preliminari). Ser nittratta dawn iż-żewġ każijiet wieħed wara l-ieħor.

    1. L-ewwel każ: il-proċedura mibdija quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva (punt a) tat-tieni domanda preliminari)

    38.

    Permezz tal-punt a) tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett vinkolanti tad-dokument portabbli A1, fil-każ li proċedura preċedenti quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva la tkun wasslet għal ftehim u lanqas għal irtirar tad-dokumenti kontenzjużi.

    39.

    Fil-motivazzjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju tispjega li din id-domanda tfittex li tiddetermina jekk, “tal-inqas wara proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva li la tkun wasslet għal ftehim (li fih l-istituzzjonijiet taż-żewġ Stat Membri issa jqisu li ċ-ċertifikat huwa validu u eżatt) u lanqas tkun wasslet għall-irtirar tad-dokument kontenzjuż (jew għaliex ma tkunx wasslet għal rakkomandazzjoni għal dan l-iskop jew għaliex l-istituzzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat ma tkunx tat segwitu għal din ir-rakkomandazzjoni), l-effett vinkolanti tad-dokument ma jkunx iddekada jew jekk tkunx tista’ tiġi prevista proċedura sabiex tistabbilixxi l-issuġġettar għall-assigurazzjoni obbligatorja”.

    40.

    Mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, f’dan il-każ, l-Istati Membri kkonċernati ressqu l-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva li tat deċiżjoni dwar l-irtirar tad-dokumenti portabbli A1 inkwistjoni. Barra minn hekk, minn dawn jirriżulta li l-imsemmija dokumenti madankollu ma ġewx irtirati mill-istituzzjoni kompetenti Ungeriża wara l-proċedura quddiem din il-kummissjoni ( 32 ).

    41.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li l-punt a) tat-tieni domanda preliminari għandu jinftiehem li huwa intiż li jiddetermina, essenzjalment, jekk id-dokument portabbli A1 jorbotx ukoll f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-Kummissjoni Amministrattiva tkun tat deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ dan id-dokument, iżda l-istituzzjoni emittenti ma tkunx irtirat l-imsemmi dokument ( 33 ).

    42.

    Il-Fond tal-Mard ta’ Salzburg u l-Gvern Awstrijak, il-Gvern Belġjan, il-Gvern Ċek ( 34 ) u l-Gvern Franċiż jipproponu, essenzjalment, li din id-domanda tingħata risposta negattiva. F’dan ir-rigward, dawn il-partijiet u persuni ikkonċernati jinvokaw, b’mod partikolari, ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, meta l-istituzzjoni emittenti ma tannullax jew ma tirtirax id-dokument portabbli A1, konformement ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva. Min-naħa l-oħra, il-partijiet u l-persuni interessati l-oħra li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jsostnu li l-proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva ma jistax ikollha impatt fuq l-effett vinkolanti tad-dokument portabbli A1. Din hija wkoll il-konvinzjoni tiegħi, għar-raġunijiet li ġejjin.

    43.

    Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li din il-kawża hija differenti minn dik li wasslet għas-sentenza A‑Rosa Flussschiff ( 35 ), sa fejn, f’dan il-każ, l-Istati Membri kkonċernati bdew il-proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva li tat deċiżjoni dwar l-irtirar tad-dokumenti portabbli A1 inkwistjoni ( 36 ). Fil-fehma tiegħi, din id-differenza madankollu ma għandhiex taffettwa l-konklużjoni li tirriżulta mill-imsemmija sentenza, li hija bbażata fuq ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 37 ), fis-sens li ċ-ċertifikat E 101 (li sar id-dokument portabbli A1) jorbot kemm lill-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih jitwettaq ix-xogħol kif ukoll lill-qrati ta’ dan l-Istat Membru.

    44.

    Fil-fatt, inqis li interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009 fis-sens li d-dokument portabbli A1 jitlef l-effett vinkolanti tiegħu f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tammonta, fir-realtà, għall-għoti ta’ natura vinkolanti lid-deċiżjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Amministrattiva. Fil-fehma tiegħi, tali riżultat huwa inkompatibbli mal-qafas leġiżlattiv attwali.

    45.

    F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza Romano ( 38 ), il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li, kemm mid-dritt primarju fil-qasam tal-kompetenzi mogħtija mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea lill-Kummissjoni għall-implementazzjoni ta’ regoli li jistabbilixxi l-Kunsill kif ukoll mis-sistema ġudizzjarja stabbilita mit-Trattat [KEE], kien jirriżulta li korp bħall-Kummissjoni Amministrattiva ma jistax jingħata s-setgħa mill-Kunsill li jadotta “atti li huma ta’ natura normattiva”. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, deċiżjoni ta’ tali korp, filwaqt li tista’ tipprovdi għajnuna lill-istituzzjonijiet responsabbli għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma hijiex ta’ natura li tobbliga lil dawn tal-aħħar isegwu ċerti metodi jew jadottaw ċerti interpretazzjonijiet meta japplikaw ir-regoli tal-Unjoni. Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li d-deċiżjoni kontenzjuża adottata minn din il-kummissjoni amministrattiva “ma kinitx torbot” lill-qorti tar-rinviju ( 39 ).

    46.

    Għalkemm wieħed jista’ ċertament jistaqsi, wara t-tibdiliet li saru għad-dritt primarju, b’mod partikolari permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, jekk din il-ġurisprudenza għadhiex tapplika, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li korp bħall-Kummissjoni Amministrattiva jingħata l-kompetenza li jadotta atti intiżi li jipproduċu effetti legali ( 40 ), xejn ma jippermetti li jiġi preżunt li l-leġiżlatur tal-Unjoni effettivament kellu l-intenzjoni li jagħti tali kompetenza lill-Kummissjoni Amministrattiva.

    47.

    Fil-fatt, l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 883/2004, li jelenka l-kompiti tal-Kummissjoni Amministrattiva, jipprovdi, fil-punt (a) tiegħu, li l-imsemmija kummissjoni għandha “titratta l-kwistjonijiet amministrattivi u l-kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni kollha li jinħolqu dwar id-disposizzjonijiet [tar-RegolamentNru 883/2004] jew tar-Regolament [Nru 987/2009], jew dwar kull ftehim konkluż jew arranġament magħmul taħt dawn ir-Regolamenti. Dan mingħajr ħsara għad-dritt ta’ l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u persuni konċernati li jirrikorru għall-proċeduri u għat-tribunali stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri, [fir- RegolamentNru 883/2004] jew fit-Trattat” ( 41 ). Fir-rigward tad-dispożizzjoni kważi identika prevista fl-Artikolu 43 tar-Regolament preċedenti Nru 3 ( 42 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “l-awtorità tad-deċiżjonijiet [tal-Kummissjoni Amministrattiva] hija ddefinita mit-test innifsu tal-imsemmi Artikolu 43” u li “dan it-test ma jaffettwax is-setgħat tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni li jevalwaw il-validità u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet [tal-imsemmi regolament Nru 3], li fir-rigward tagħhom id-deċiżjonijiet ta’ [din il-kummissjoni] għandhom biss valur ta’ opinjoni” ( 43 ).

    48.

    Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda t-tressiq tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva, l-Artikolu 76(6) tar-Regolament Nru 883/2004 jistabbilixxi li, jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni f’terminu raġonevoli, l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jressqu l-kwistjoni quddiem din il-kummissjoni. L-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 987/2009 jispeċifika wkoll li l-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha ( 44 ). It-termini “għandha tfittex li tirrikonċilja”, li jintużaw ukoll fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru°987/2009 u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva Nru A1 ( 45 ), jindikaw ċar, fil-fehma tiegħi, in-natura mhux vinkolanti tal-proċedura quddiem din il-kummissjoni ( 46 ).

    49.

    Jidhirli li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar iċ-ċertifikat E 101 hija wkoll ibbażata fuq il-premessa li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva ma għandhomx effett vinkolanti. Permezz ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat l-għażliet disponibbli għal Stat Membru fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil ma’ Stat Membru wieħed jew iktar fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali f’każ speċifiku ( 47 ). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, għandha, l-ewwel nett, tiġi segwita t-triq tad-djalogu mal-istituzzjoni emittenti tad-dokument ikkonċernat. It-tieni nett, fil-każ li l-istituzzjonijiet ikkonċernati ma jaslux li jaqblu, huma jistgħu jitolbu l-intervent tal-Kummissjoni Amministrattiva. Fl-aħħar nett, jekk din tal-aħħar ma tasalx li tirrikonċilja l-fehmiet tal-istituzzjonijiet kompetenti, tibqa’ l-possibbiltà għall-Istat Membru ospitanti, bla ħsara għall-eventwali rimedji ta’ natura ġudizzjarja li jeżistu fl-Istat Membru li għalih tappartjeni l-istituzzjoni emittenti, li jibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 259 TFUE ( 48 ). Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tinvokax, f’dan il-kuntest, il-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva, ħaġa li madankollu kienet tkun loġika, fil-fehma tiegħi, li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkunsidrat li d-deċiżjonijiet ta’ din il-kummissjoni kellhom effett vinkolanti ( 49 ).

    50.

    Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nikkonkludi li, fl-istat attwali tas-sistema stabbilita mir-Regolamenti Nru 883/2004 u Nru 987/2009, id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Amministrattiva dwar tilwima bejn żewġ Stati Membri jew iktar f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni applikabbli f’każ speċifiku ma għandhomx effett vinkolanti. Fil-fehma tiegħi, minn dan jirriżulta li l-proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva ma jistax ikollha impatt fuq l-effett vinkolanti tad-dokument portabbli A1.

    51.

    Fi kliem ieħor, inqis li, anki f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-Istati Membri kkonċernati ressqu l-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva, skont l-Artikolu 76(6) tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 987/2009 ( 50 ), u fejn din il-kummissjoni tat deċiżjoni dwar l-irtirar tad-dokument portabbli A1, dan id-dokument jorbot sakemm ma jkunx ġie rtirat jew iddikjarat invalidu mill-istituzzjoni emittenti.

    52.

    Fil-fehma tiegħi, dan japplika indipendentement mill-eventwali ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit mill-Artikolu 4(3) TUE min-naħa tal-Istat Membru li għalih tappartjeni l-istituzzjoni emittenti, fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva. Jekk l-Istat Membru ospitanti jqis li l-ewwel Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, huwa jista’ jippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 259 TFUE jew jitlob lill-Kummissjoni taġixxi hija stess kontra l-Istat Membru inkwistjoni ( 51 ).

    53.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-punt a) tat-tieni domanda preliminari fis-sens li d-dokument portabbli A1 jorbot ukoll f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-Kummissjoni Amministrattiva tkun tat deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ dan id-dokument, iżda fejn l-istituzzjoni emittenti ma tkunx irtirat l-imsemmi dokument.

    2. It-tieni każ: l-effett retroattiv tad-dokument portabbli A1 (punt b) tat-tieni domanda preliminari)

    54.

    Permezz tal-punt b) tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dokument portabbli A1 jorbotx ukoll fil-każ li dan id-dokument ikun inħareġ wara l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti u, fil-każ ta’ risposta affermattiva, jekk l-imsemmi dokument ikollux effett retroattiv.

    55.

    Qabelxejn, nikkonstata li din id-domanda ma hijiex ta’ natura ipotetika, kif jissuġġerixxi l-Gvern Ungeriż. Dan il-gvern isostni, b’mod partikolari, li ma ġiex ipprovat, f’dan il-każ, li l-istituzzjoni kompetenti Ungeriża ħarġet dokumenti portabbli A1 retroattivament, wara li l-awtoritajiet Awstrijaċi kienu stabbilixxew l-issuġġettar tal-ħaddiema kkonċernati għall-iskema ta’ sigurtà soċjali Awstrijaka.

    56.

    Għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-setgħa li tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni ta’ test tal-Unjoni biss abbażi tal-fatti li jiġu indikati lilha mill-qorti nazzjonali. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni li tiddeċiedi dwar il-fatti tal-kawża prinċipali, peress li dan il-kompitu jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali ( 52 ). Issa, fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju tispjega li d-dokumenti portabbli A1 inkwistjoni nħarġu inparti retroattivament u inparti wara l-issuġġettar tal-ħaddiema kkonċernati għall-iskema ta’ sigurtà soċjali Awstrijaka ( 53 ). Minn dan isegwi li hemm lok li tingħata risposta għall-punt b) tat-tieni domanda preliminari.

    57.

    Bħal Alpenrind, Martin Meat u Martimpex-Meat, il-Gvern Ċek, il-Gvern Irlandiż, il-Gvern Ungeriż, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni, u kuntrarjament għall-Fond tal-Mard ta’ Salzburg u għall-Gvern Awstrijak, għall-Gvern Belġjan, għall-Gvern Ġermaniż ( 54 ) u għall-Gvern Franċiż, inqis li din id-domanda għandha tingħata risposta affermattiva. Fil-fatt, għar-raġunijiet spjegati iktar ’il quddiem, inqis li d-dokument portabbli A1 jorbot ukoll fil-każ li dan id-dokument ikun inħareġ wara l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti u li, f’każ bħal dan, l-imsemmi dokument jista’ jkollu effett retroattiv.

    58.

    Kif tispjega l-qorti tar-rinviju, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ċ-ċertifikat E 101 jista’ jipproduċi effetti retroattivi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant ikkonstatat li, meta toħroġ tali ċertifikat, l-istituzzjoni kompetenti tillimita ruħha li tiddikjara li l-ħaddiem ikkonċernat jibqa’ suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li din l-istituzzjoni tappartjeni għalih tul perijodu partikolari li matulu huwa jwettaq xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Issa, dejjem skont il-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm tali dikjarazzjoni għandha preferibbilment issir qabel ma jibda l-perijodu kkonċernat, hija tista’ ssir ukoll matul dan il-perijodu jew saħansitra wara l-iskadenza tiegħu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, xejn ma jipprekludi li ċ-ċertifikat E 101 jipproduċi, jekk ikun il-każ, effetti retroattivi ( 55 ).

    59.

    Fil-fehma tiegħi, din il-ġurisprudenza hija applikabbli, mutatis mutandis, għall-qafas leġiżlattiv il-ġdid ( 56 ). F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 987/2009, li jirrigwarda l-proċedura għall-applikazzjoni, b’mod partikolari, tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004, jistabbilixxi espressament, fil-paragrafu 1 tiegħu, li “fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li m’huwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-[Regolament Nru 883/2004], il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta’ persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġislazzjoni, kull meta ikun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) [tar-Regolament Nru 987/2009] lill-persuna kkonċernata u għandha mingħajr dewmien tagħmel disponibbli informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli lil dik il-persuna, skont […] l-Artikolu 12 tar-[Regolament Nru 883/2004], disponibbli lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih qed titwettaq l-attività” ( 57 ).

    60.

    Il-qorti tar-rinviju madankollu tqajjem il-kwistjoni jekk id-dokument portabbli A1 ikollux effett vinkolanti wkoll fil-każ li dan id-dokument jinħareġ biss wara li jiġi stabbilit l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti. Fil-fatt, skont dik il-qorti, jista’ jitqies li l-atti li jistabbilixxu tali ssuġġettar ukoll jikkostitwixxu “dokumenti” previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, ħaġa li timplika li dawn l-atti wkoll jipproduċu effetti vinkolanti fil-konfront tal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra.

    61.

    Tali raġunament ma jikkonvinċinix.

    62.

    L-ewwel nett, inqis li tali interpretazzjoni ma hijiex konformi mat-test tar-Regolament Nru 987/2009. Infakkar li l-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament jirrigwarda d-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru li juru l-pożizzjoni ta’ persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti Nru 883/2004 u 987/2009, kif ukoll l-evidenza ta’ sostenn ( 58 ). Issa, deċiżjoni dwar l-issuġġettar ta’ persuna għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ma “turix” il-pożizzjoni ta’ din il-persuna fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, iżda, fil-fehma tiegħi, hija pjuttost intiża li tistabbilixxi l-pożizzjoni legali ta’ din il-persuna. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004 għandha tipprovdi attestazzjoni li tali leġiżlazzjoni hija applikabbli, fuq talba tal-persuna kkonċernata jew tal-persuna li timpjegaha ( 59 ). Madankollu, deċiżjoni li tistabbilixxi l-issuġġettar ta’ persuna għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ma tinħariġx “fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ta’ min iħaddimha”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, iżda pjuttost fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet ikkonċernati.

    63.

    It-tieni nett, kif diġà spjegajt f’dawn il-konklużjonijiet, għandu jitqies li, meta adotta l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jikkodifika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett vinkolanti taċ-ċertifikat E 101 ( 60 ). Issa, din il-ġurisprudenza tirrigwarda biss iċ-ċertifikati E 101 (li sar id-dokument portabbli A1), u mhux tipi oħra ta’ dokumenti ( 61 ). Barra minn hekk, jidhirli, f’dan il-kuntest, li s-sentenza Banks et kienet tirrigwarda sitwazzjoni li tikkorrispondi għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ċ-ċertifikati E 101 ikkonċernati kienu nħarġu, tal-inqas parzjalment, wara l-issuġġettar tal-ħaddiema kkonċernati għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti ( 62 ). Madankollu, dan il-fatt ma affettwax l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li l-imsemmija ċertifikati kellhom effett vinkolanti.

    64.

    It-tielet nett, jidhirli li interpretazzjoni fis-sens li deċiżjoni li tistabbilixxi l-issuġġettar ta’ persuna għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru tista’ tiġi kklassifikata bħala “dokument” previst fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009 tista’ tipproduċi riżultati mhux xierqa jew saħansitra arbitrarji. Fil-fatt, kif isostni l-Gvern Pollakk, tali approċċ jista’ jwassal għal tellieqa kontra l-ħin bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri li biha kull waħda tfittex li tkun l-ewwel waħda li toħroġ deċiżjoni ta’ ssuġġettar għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tagħha, ħaġa li tipperikola li tikkomprometti ċ-ċertezza legali tal-persuni kkonċernati ( 63 ). Fil-fatt, f’xenarju bħal dan, kull Stat Membru jkollu interess finanzjarju li jkun tal-ewwel.

    65.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-punt b) tat-tieni domanda preliminari fis-sens li d-dokument portabbli A1 jorbot ukoll fil-każ li dan id-dokument ikun inħareġ wara l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti u li, f’każ bħal dan, l-imsemmi dokument jista’ jkollu effett retroattiv.

    66.

    F’dan ir-rigward, inżid li l-kwistjoni jekk, permezz tal-ħruġ tad-dokument portabbli A1 wara l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti, l-istituzzjoni emittenti eventwalment kisritx id-dmir tagħha ta’ kooperazzjoni leali, skont l-Artikolu 4(3) TUE, jew jekk l-awtoritajiet ikkonċernati messhomx, f’sitwazzjoni bħal din, irrikorrew għall-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 987/2009, hija irrilevanti għall-effett vinkolanti li jipproduċi l-imsemmi dokument ( 64 ). Infakkar li, jekk Stat Membru jqis li Stat Membru ieħor naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, huwa jista’ jippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 259 TFUE ( 65 ).

    C.   Fuq it-tielet domanda preliminari

    1. Fuq is-suġġett tad-domanda u l-interpretazzjonijiet proposti

    67.

    It-tielet domanda preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ( 66 ). Il-qorti tar-rinviju tispjega li din id-domanda hija magħmula biss fil-każ li, taħt ċerti kundizzjonijiet, id-dokument portabbli A1 ikollu biss effett vinkolanti limitat. Għalhekk, fid-dawl tar-risposta li nipproponi li tingħata għall-ewwel u għat-tieni domandi preliminari, ma huwiex neċessarju, bħala prinċipju, li tingħata risposta għat-tielet domanda preliminari.

    68.

    Madankollu, għall-kompletezza, u fid-dawl tal-fatt li t-tielet domanda preliminari hija l-qofol tat-tilwima bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Ungeria li tikkostitwixxi l-isfond tal-kawża prinċipali ( 67 ), ser nagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin dwar din id-domanda.

    69.

    Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, “persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem il-prinċipal tagħha, liema prinċipal normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat mill-prinċipal tagħha fi Stat Membru ieħor biex taħdem f’isem il-prinċipal għandha tibqa’ suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-ewwel Stat Membru sakemm mhux maħsub li x-xogħol idum aktar minn 24 xahar u sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna oħra” ( 68 ). Matul il-perijodu kontenzjuż fil-kawża inkwistjoni, it-termini “sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna oħra” ġew issostitwiti bit-termini “sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata [kkollokata] oħra” ( 69 ).

    70.

    Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-portata ta’ din il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni u, b’mod partikolari, dwar il-kwistjoni jekk din il-kundizzjoni tinkisirx f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn is-sostituzzjoni ssir fil-forma ta’ kollokament magħmul mhux mill-istess persuna li timpjega iżda minn persuna oħra li timpjega. F’dan ir-rigward, dik il-qorti tispjega li, filwaqt li l-persuni kkollokati minn Martimpex-Meat matul il-perijodu kontenzjuż effettivament ma kienu qiegħdin jissostitwixxu lil ebda ħaddiem tal-imsemmija kumpannija, huma probabbilment issostitwixxew lill-ħaddiema ta’ Martin-Meat ( 70 ). Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, f’dan ir-rigward, huwiex rilevanti jekk iż-żewġ persuni li jimpjegaw ikollhomx is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru (punt a) tat-tielet domanda preliminari jew jekk, bejn l-imsemmija persuni li jimpjegaw, ikunux jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva (punt b) tat-tielet domanda preliminari.

    71.

    Żewġ pożizzjonijiet huma difiżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004.

    72.

    Skont l-ewwel approċċ, li jikkorrispondi għall-pożizzjoni difiża mill-Fond tal-Mard ta’ Salzburg, mill-Gvern Awstrijak, mill-Gvern Belġjan, mill-Gvern Ċek, mill-Gvern Ġermaniż u mill-Gvern Franċiż, kif ukoll mill-Kummissjoni, il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni tipprekludi kull sostituzzjoni tal-ħaddiema kkollokati, mingħajr ma huwa rilevanti jekk il-kollokamenti jsirux mill-istess persuna li timpjega jew minn persuni li jimpjegaw differenti. Minn dan jirriżulta li din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfatta meta l-persuna li timpjega B tikkolloka ħaddiem fi Stat Membru ieħor sabiex iwettaq xogħol li qabel kien jitwettaq minn ħaddiem ikkollokat mill-persuna li timpjega A, u dan mingħajr ma huwa rilevanti jekk iż-żewġ persuni li jimpjegaw ikollhomx is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru jew jekk, bejniethom, ikunux jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva. Din l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni tikkorrispondi, mutatis mutandis, għal dik spjegata fil-Gwida Prattika tal-Kummissjoni Amministrattiva ( 71 ).

    73.

    Skont it-tieni approċċ, li jikkorrispondi għall-pożizzjoni difiża minn Alpenrind u mill-Gvern Ungeriż u mill-Gvern Pollakk, il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni għandha tingħata interpretazzjoni iktar stretta. Fil-fatt, din il-kundizzjoni ma tinkisirx meta jkunu inkwistjoni kollokamenti magħmula minn persuni li jimpjegaw differenti, mingħajr ma huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, jekk il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati jkollhomx is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru ( 72 ).

    74.

    Iż-żewġ approċċi huma bbażati fuq perspettivi differenti sewwa. Skont l-ewwel approċċ, il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni għandha titqies mhux biss mill-perspettiva tal-Istat Membru ta’ oriġini, iżda wkoll minn dik tal-Istat Membru ospitanti. Għalhekk, din il-kundizzjoni tipprekludi li ċerti kompiti jew funzjonijiet fl-Istat Membru ospitanti jitwettqu, b’mod kontinwu, minn ħaddiema kkollokati li ma humiex suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru.

    75.

    Fil-prattika, dan l-approċċ jimplika, minn naħa, li l-persuna li timpjega B hija pprojbita milli tinvoka s-sistema prevista fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, billi tikkolloka l-ħaddiema tagħha fi Stat Membru ieħor bil-għan li tipprovdi servizz, jekk preċedentement il-persuna li timpjega A tkun għamlet użu minn din is-sistema bil-għan li tipprovdi l-istess servizz f’dan l-Istat Membru. Min-naħa l-oħra, skont dan l-approċċ, id-destinatarju tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti (jiġifieri, f’dan il-każ, Alpenrind) huwa pprojbit milli jirrikorri għal kuntratti suċċessivi u distinti ma’ impriżi differenti li jirrigwardaw it-twettiq tal-istess xogħlijiet minn ħaddiema kkollokati li ma jkunux suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti.

    76.

    Min-naħa l-oħra, it-tieni approċċ huwa bbażat fuq il-perspettiva tal-Istat Membru ta’ oriġini u tal-persuna li timpjega li tikkolloka l-ħaddiema. Skont dan l-approċċ, dak li huwa rilevanti huwa biss jekk, mill-perspettiva tal-imsemmija persuna li timpjega, ikunx hemm sostituzzjoni tal-ħaddiema kkollokati jew le.

    77.

    L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju ma tipprovdi ebda indikazzjoni fis-sens li l-fatti mressqa quddiemha fil-kawża prinċipali jistgħu jikkostitwixxu frodi jew abbuż ta’ dritt ( 73 ). Għalhekk, nitlaq mill-premessa li t-tielet domanda preliminari ma tirrigwardax każijiet speċifiċi ta’ frodi jew ta’ abbuż.

    78.

    It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi ebda indikazzjoni fis-sens li, f’dan il-każ, jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, jiġifieri Martin-Meat u Martimpex-Meat, u lanqas, jekk ikun il-każ, dwar in-natura ta’ tali rabtiet ( 74 ). Permezz tal-punt b) tat-tielet domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju madankollu tistaqsi dwar ir-rilevanza tal-eżistenza ta’ tali rabtiet, bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ( 75 ).

    79.

    Fl-analiżi li ġejja, ser neżamina, fl-ewwel lok, il-mistoqsija jekk, fil-każ li ma jeżistux rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, tipprekludix li persuna li timpjega tikkolloka ħaddiem fi Stat Membru ieħor sabiex iwettaq xogħol li qabel kien jitwettaq minn ħaddiem ikkollokat minn persuna oħra li timpjega (taqsima 2).

    80.

    Nindika, minn issa, li, fil-fehma tiegħi, din il-mistoqsija għandha tingħata tweġiba negattiva. Fil-fatt, inqis, għar-raġunijiet spjegati iktar ’il quddiem, li interpretazzjoni wiesgħa tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni hija infondata u li xejn ma jipprojbixxi lill-persuna li timpjega B milli tagħmel kollokament, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, meta preċedentement il-persuna li timpjega A kienet għamlet tali kollokament.

    81.

    Fit-tieni lok, ser neżamina l-punti a) u b) tat-tielet domanda preliminari, li permezz tagħhom il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk iċ-ċirkustanzi, minn naħa, li l-persuni li jimpjegaw ikollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru u, min-naħa l-oħra, li bejniethom ikunu jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva, jistgħux jibdlu r-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda preliminari. F’dan ir-rigward, ser nispjega, l-ewwel nett, ir-raġunijiet li għalihom inqis li l-post tas-sede ta’ kull waħda mill-persuni li jimpjegaw ikkonċernati ma huwiex rilevanti għall-finijiet tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni (taqsima 3). It-tieni nett, ser nittratta fil-qosor il-każ fejn, bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, ikunu jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva (taqsima 4).

    2. Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004

    a) Fuq is-sistema prevista fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004

    82.

    Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, li l-Artikolu 12(1) jifforma parti minnu, jikkostitwixxu sistema kompleta u uniformi ta’ regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet li l-għan tagħha huwa li l-ħaddiema li jiċċaqilqu fi ħdan l-Unjoni jkunu suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru wieħed biss, b’mod li jiġu evitati l-każijiet ta’ kumulu ta’ leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli u l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minnhom ( 76 ).

    83.

    L-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 jistabbilixxi r-regola ġenerali dwar l-għażla tad-dritt nazzjonali applikabbli li skontha persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru (lex loci laboris) ( 77 ). Skont l-Artikolu 12(1) tal-imsemmi regolament, persuna kkollokata fi Stat Membru ieħor mill-persuna li timpjegaha għandha, madankollu, tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini. Fi kliem ieħor, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprevedi l-possibbiltà għall-persuna li timpjega, taħt ċerti kundizzjonijiet, li tikkolloka l-ħaddiema tagħha fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollha tissuġġetta lil dawn il-ħaddiema għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar.

    84.

    L-għan tal-imsemmi Artikolu 12(1) huwa, b’mod partikolari, li jippromwovi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għall-benefiċċju tal-impriżi li jagħmlu użu minnha billi jibagħtu ħaddiema fi Stati Membri differenti minn dak li fih huma jkunu stabbiliti. Fil-fatt, huwa jfittex li jegħleb l-ostakoli li jistgħu jfixklu l-moviment liberu tal-ħaddiema u wkoll li jiffavorixxi l-interpenetrazzjoni ekonomika billi jevita l-kumplikazzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-ħaddiema u għall-impriżi ( 78 ).

    85.

    Għandu jiġi speċifikat li, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxu l-Fond tal-Mard ta’ Salzburg, il-Gvern Awstrijak, il-Gvern Belġjan, il-Gvern Ċek, il-Gvern Ġermaniż u l-Gvern Franċiż, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ma jistax jiġi kklassifikat bħala “eċċezzjoni”. Fil-fatt, kif jirriżulta espressament mill-intestatura tal-imsemmi Artikolu 12, huwa, jikkostitwixxi regola speċjali li tkopri sitwazzjoni speċifika li tiġġustifika kriterju ieħor ta’ applikabbiltà ( 79 ). F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fir-rigward tal-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (il-predeċessur tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004), li, “f’ċerti sitwazzjonijiet partikolari, is-sempliċi applikazzjoni tar-regola ġenerali msemmija fl-Artikolu 13(2)(a) [l-attwali Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004] [tar-Regolament Nru 1408/71] għandha r-riskju mhux li tevita, iżda għal kuntrarju, li toħloq, kemm għall-ħaddiem kif ukoll għall-persuna li timpjega u għall-korpi tas-sigurtà soċjali, kumplikazzjonijiet amministrattivi li l-effett tagħhom jista’ jostakola l-eżerċizzju tal-libertà għall-moviment tal-persuni koperti mill-imsemmi regolament […]. Regoli speċifiċi għal tali sitwazzjoni[jiet] huma previsti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1408/71 [l-attwali Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004]” ( 80 ).

    86.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li ma teżisti ebda raġuni għalfejn l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jingħata interpretazzjoni partikolarment restrittiva.

    b) Fuq il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004

    87.

    Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, persuna kkollokata għandha tibqa’ suġġetta għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini, sakemm, b’mod partikolari, “ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata [kkollokata] oħra”.

    88.

    Din il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni ma kinitx tinsab fil-verżjoni inizjali tal-Artikolu 13(a) tar-Regolament Nru 3 (il-predeċessur tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004), iżda ddaħħlet fit-test tal-imsemmija dispożizzjoni permezz tar-Regolament Nru 24/64/KEE ( 81 ). Mill-ewwel premessa ta’ dan ir-regolament tal-aħħar jirriżulta li “l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(a) [tar-Regolament Nru 3], tat lok għal ċerti abbużi u li din id-dispożizzjoni għandha tiġi rreveduta sabiex jiġu evitati dawn l-abbużi filwaqt li tinżamm il-possibbiltà għall-ħaddiema kkollokati li jibqgħu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li fih huma impjegati b’mod abitwali” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

    89.

    Skont l-interpretazzjoni tiegħi tal-oriġini tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni, permezz ta’ din il-kundizzjoni, fittex li jimla lakuna manifesta identifikata fir-Regolament Nru 3, li kienet tikkonsisti fil-fatt li ċerti persuni li jimpjegaw kienu qiegħdin jevadu l-kundizzjoni dwar it-tul tal-kollokazzjoni ( 82 ), billi jagħmlu r-rotazzjonijiet neċessarji tal-persunal ikkollokat tagħhom sabiex dan il-persunal ikun jista’ jibqa’ suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini li fih il-piżijiet soċjali kienu inqas għolja milli fl-Istat Membru ospitanti ( 83 ). Il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni sussegwentement inżammet, mingħajr emendi sostanzjali, fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 u, wara, fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ( 84 ).

    90.

    Il-kwistjoni li tqum f’din il-kawża hija jekk, permezz tal-introduzzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni fittixx ukoll li jevita sitwazzjonijiet oħra minbarra dik li fiha l-istess persuna li timpjega twettaq rotazzjonijiet tal-persunal ikkollokat tagħha bil-għan li tevadi l-kundizzjoni dwar it-tul tal-kollokament, u, b’mod partikolari, jekk xtaqx jipprojbixxi kollokamenti suċċessivi magħmula minn persuni li jimpjegaw differenti.

    91.

    Fil-fehma tiegħi, dan ma huwiex il-każ.

    92.

    L-ewwel nett, ma nara li hemm xejn fit-test tar-Regolamenti Nru 3, Nru 1408/71 u Nru 883/2004 jew fix-xogħol preparatorju relatat magħhom li juri tali intenzjoni min-naħa tal-leġiżlatur.

    93.

    Għalkemm il-formulazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, li skontu l-persuna kkollokata ma tistax “ntbagħtitx [tintbagħat] biex tieħu post persuna stazzjonata [kkollokata] oħra”, ma hijiex konklużiva, inqis madankollu li hija xxaqleb lejn interpretazzjoni fis-sens li l-għan tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni ma huwiex li jiġu evitati kollokamenti suċċessivi magħmula minn persuni li jimpjegaw differenti. Fil-fatt, fit-tifsira letterali tagħhom, it-termini “ntbagħtitx biex tieħu post” li jinsabu fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, b’eċċezzjoni tal-verżjoni bil-Ġermaniż, jimplikaw, fil-fehma tiegħi, li l-ħaddiem jiġi kkollokat mill-persuna li timpjega bil-għan li jissostitwixxi lil ħaddiem ikkollokat ieħor ( 85 ).

    94.

    Issa, ħlief fil-każ ta’ abbuż, l-għan ta’ kollokament magħmul mill-persuna li timpjega B ma huwiex is-sostituzzjoni ta’ ħaddiem ikkollokat mill-persuna li timpjega A. Huwa intiż pjuttost għall-provvista ta’ servizz fl-Istat Membru ospitanti. F’dan ir-rigward, inżid li lanqas ma huwa ċert li l-persuna li timpjega B tkun konxja mill-kollokament preċedenti magħmul mill-persuna li timpjega A ( 86 ).

    95.

    Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi, it-termini “ntbagħtitx biex tieħu post” jikkorroboraw l-argument li l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni għandha titqies biss mill-perspettiva tal-persuna li timpjega li tikkolloka l-ħaddiem. Infakkar li l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprevedi ċ-ċirkustanzi li fihom din il-persuna li timpjega tista’ tikkolloka l-ħaddiema tagħha mingħajr ma jkollha tissuġġettahom għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru ( 87 ). F’dan ir-rigward, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-kundizzjoni li l-persuna kkollokata ma tistax tintbagħat (mill-imsemmija persuna li timpjega) sabiex tissostitwixxi lil persuna kkollokata oħra. Mill-aspett redazzjonali, il-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni għalhekk titlaq mill-perspettiva tal-persuna li timpjega li tikkolloka l-ħaddiem.

    96.

    Għalhekk inqis li ma hemmx “tieħu post [sostituzzjoni]” fis-sens tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, meta l-persuna li timpjega B tikkolloka ħaddiem sabiex iwettaq xogħol li qabel kien jitwettaq minn ħaddiem ikkollokat mill-persuna li timpjega A. Fi kliem ieħor, inqis li xejn ma jipprekludi lill-persuna li timpjega B milli tagħmel tali kollokament. Minn dan jirriżulta wkoll li d-destinatarju tas-servizz fl-Istat Membru ospitanti ma huwiex prekluż milli jirrikorri għal kuntratti suċċessivi u distinti ma’ impriżi differenti li jirrigwardaw it-twettiq tal-istess xogħlijiet minn ħaddiema kkollokati li ma jkunux suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti.

    97.

    F’dan ir-rigward, inżid li l-konsegwenza ta’ interpretazzjoni opposta tkun li l-persuna li timpjega B titqiegħed f’sitwazzjoni inqas vantaġġuża minn dik tal-persuna li timpjega A, sempliċement minħabba li din tal-aħħar kienet l-ewwel waħda li għamlet użu mill-possibbiltà li jipprovdi l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 (prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”). Issa, fl-opinjoni tiegħi, xejn ma jippermetti li jiġi preżunt li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq tali riżultat. Fil-fehma tiegħi, tali interpretazzjoni għalhekk twassal għall-introduzzjoni, fl-imsemmija dispożizzjoni, ta’ kundizzjoni ġdida li ma tirriżultax mill-formulazzjoni tagħha, ħaġa li, fil-fehma tiegħi, tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali tal-persuni kkonċernati ( 88 ).

    98.

    F’dan il-kuntest, għandu jitqies li, meta adotta r-Regolament Nru 883/2004, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien perfettament konxju mill-problema dwar is-sostituzzjoni tal-ħaddiema kkollokati u li kien konxju wkoll mill-vantaġġi ekonomiċi potenzjali li jinvolvi l-Artikolu 12(1) tal-imsemmi regolament għall-persuna li timpjega u, b’mod anċillari, għall-parti kontraenti l-oħra fl-Istat Membru ospitanti. Li kieku xtaq jevita kollokamenti suċċessivi magħmula minn persuni li jimpjegaw differrenti, kien bla dubju jagħmel dan f’termini ferm iktar ċari.

    99.

    It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda l-għan li jfittex li jiġu evitati abbużi, inqis li xejn ma jippermetti li jiġi preżunt, b’mod ġenerali, li huwa l-każ ta’ abbuż meta l-persuna li timpjega B tagħmel kollokament tal-ħaddiema tagħha, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, sabiex iwettqu xogħlijiet li qabel kienu jitwettqu minn ħaddiema kkollokati mill-persuna li timpjega A. Barra minn hekk, infakkar li, f’każ bħal dan, il-persuna li timpjega B ma tkunx neċessarjament konxja mill-kollokament preċedenti magħmul mill-persuna li timpjega A ( 89 ).

    100.

    It-tielet nett, inqis li interpretazzjoni wiesgħa tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni fis-sens li din tal-aħħar tkopri wkoll il-kollokamenti suċċessivi magħmula minn persuni li jimpjegaw differenti, tista’ tikkomprometti l-għanijiet li jfittex li jilħaq l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004. Infakkar li din id-dispożizzjoni tfittex, b’mod partikolari, li tippromwovi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-ħaddiema kif ukoll li tiffavorixxi l-interpenetrazzjoni ekonomika, billi tevita l-kumplikazzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-ħaddiema u għall-impriżi ( 90 ).

    101.

    Fil-prattika, interpretazzjoni wiesgħa tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni timplika li l-persuna li timpjega tkun potenzjalment f’inċertezza, fil-mument tal-kollokament, dwar jekk is-sitwazzjoni tal-ħaddiem ikkollokat taqax taħt l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 jew le u, għaldaqstant, jekk l-imsemmi ħaddiem ikunx suġġett, meta jiġi kkollokat, għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini jew għal dik tal-Istat Membru ospitanti. Fil-fatt, il-persuna li timpjega B tista’ leġittimament tqis li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 huma ssodisfatti. Issa, jekk sussegwentement jirriżulta li ħaddiem ikkollokat mill-persuna li timpjega A qabel kien iwettaq ix-xogħol ikkonċernat fl-Istat Membru ospitanti, il-persuna li timpjega B, skont l-imsemmija interpretazzjoni, ikollha taċċetta li l-ħaddiem ikkollokat minnha jkun suġġett għall-iskema tal-Istat Membru ospitanti. Dan ikun il-każ minkejja l-eventwali ħruġ ta’ dokument portabbli A1 mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini, li jipprovdi attestazzjoni tal-affiljazzjoni tal-imsemmi ħaddiem mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru ( 91 ).

    102.

    Tali żvilupp jista’ jibdel b’mod kunsiderevoli l-kundizzjonijiet ekonomiċi li fihom il-persuna li timpjega B tipprovdi s-servizzi tagħha fl-Istat Membru ospitanti ( 92 ) u, barra minn hekk, iwassal għal kumplikazzjonijiet amministrattivi għall-persuna li timpjega B u għall-ħaddiem ikkonċernat relatati, b’mod partikolari, mal-issuġġettar tal-imsemmi ħaddiem għall-iskema tal-Istat Membru ospitanti, mat-talba għall-kontribuzzjonijiet diġà mħallsa fl-Istat Membru ta’ oriġini u mal-irtirar tad-dokument portabbli A1 mill-istituzzjoni emittenti. Inqis li l-eżistenza ta’ tali inċertezza għall-persuna li timpjega B ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u li tista’ tostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni, kuntrarjament għall-għan li jfittex li jilħaq l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004.

    103.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tielet domanda preliminari fis-sens li l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, ma tipprekludix li persuna li timpjega tikkolloka ħaddiem sabiex iwettaq xogħol li qabel kien jitwettaq minn ħaddiem ikkollokat minn persuna oħra li timpjega.

    104.

    Għall-kompletezza, nixtieq nenfasizza li l-interpretazzjoni li qiegħed nissuġġerixxi, fir-rigward tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, hija differenti minn dik adottata mill-Kummissjoni Amministrattiva ( 93 ). F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni jibqa’ liberu li jemenda l-imsemmi regolament, jekk ikun jixtieq jestendi l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, prevista f’din id-dispożizzjoni, għal kollokamenti suċċessivi magħmula minn persuni li jimpjegaw differenti. Madankollu, fil-kuntest ġuridiku eżistenti, ma nara li hemm ebda bażi għall-għażla ta’ tali riżultat.

    3. Fuq il-każ fejn il-persuni li jimpjegaw ikollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru (punt a) tat-tielet domanda preliminari

    105.

    Permezz tal-punt a) tat-tielet domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-fatt li l-persuni li jimpjegaw ikkonċernati jkollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru jistax jibdel ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda preliminari.

    106.

    Fl-opinjoni tiegħi, ma hemmx dubju li din id-domanda timmerita risposta negattiva.

    107.

    Fil-fatt, l-analiżi preċedenti ma żvelat ebda element li jiġġustifika li ssir distinzjoni skont il-post tas-sede ta’ kull waħda mill-persuni li jimpjegaw ikkonċernati. Għalhekk inqis li l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, ma tipprekludix li l-persuna li timpjega tikkolloka ħaddiem sabiex iwettaq xogħol li qabel kien jitwettaq minn ħaddiem ikkollokat minn persuna oħra li timpjega, indipendentement minn jekk l-imsemmija persuni li jimpjegaw ikollhomx is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru jew le.

    108.

    Għalhekk nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-punt a) tat-tielet domanda fis-sens li, għall-finijiet tat-tielet domanda preliminari, ma huwiex rilevanti jekk il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati jkollhomx is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru.

    4. Fuq il-każ fejn ikunu jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw (il-punt b) tat-tielet domanda preliminari)

    109.

    Permezz tal-punt b) tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-fatt li, bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, ikunu jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva, jistax jibdel ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda preliminari.

    110.

    Għandu jitfakkar li l-analiżi li għadni kif esponejt dwar l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 tirrigwarda l-każ fejn ma jkunux jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati ( 94 ). Barra minn hekk, infakkar li l-qorti tar-rinviju ma pprovdiet ebda indikazzjoni li, f’dan il-każ, jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati u lanqas, jekk ikun il-każ, dwar in-natura ta’ tali rabtiet ( 95 ).

    111.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, nillimita ruħi li nikkonstata li, fil-każ li jkunu jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, ikun hemm lok, fl-opinjoni tiegħi, li jiġi eżaminat jekk il-kollokamenti magħmula mill-imsemmija persuni li jimpjegaw ikunux intiżi li jevadu l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni prevista fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004. Infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-partijiet fil-kawża ma jistgħux b’mod frawdolenti jew abbużiv jinvokaw regoli tad-dritt tal-Unjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tistax tiġi estiża sabiex tkopri l-prattiki abbużi ta’ operaturi ekonomiċi ( 96 ).

    112.

    Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma pprovdiet ebda indikazzjoni li l-fatti mressqa quddiemha fil-kawża prinċipali jistgħu jikkostitwixxu frodi jew abbuż ta’ dritt ( 97 ). F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li ma hemmx lok għal evalwazzjoni ulterjuri mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.

    113.

    Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-punt b) tat-tielet domanda preliminari fis-sens li, fil-każ li jkunu jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, ikun hemm lok li jiġi eżaminat jekk il-kollokamenti magħmula mill-imsemmija persuni li jimpjegaw ikunux intiżi li jevadu l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni prevista fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004.

    V. Konklużjoni

    114.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija):

    1)

    L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sakemm ma jiġix irtirat jew iddikjarat invalidu, dokument portabbli A1 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 465/2012, li jipprovdi attestazzjoni tal-affiljazzjoni tal-ħaddiem mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru, taħt it-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament Nru 465/2012, jorbot lil qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, ta’ Stat Membru ieħor.

    2)

    Id-dokument portabbli A1 jorbot ukoll f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali tkun tat deċiżjoni dwar l-irtirar ta’ dan id-dokument, iżda l-istituzzjoni emittenti ma tkunx irtirat l-imsemmi dokument.

    L-istess japplika fil-każ li dan id-dokument ikun inħareġ wara l-issuġġettar tal-ħaddiem ikkonċernat għall-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ospitanti. F’każ bħal dan, l-imsemmi dokument jista’ jkollu effett retroattiv.

    3)

    L-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 465/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni, stabbilita minn din id-dispożizzjoni, ma tipprekludix li l-persuna li timpjega tikkolloka ħaddiem fi Stat Membru ieħor sabiex iwettaq xogħol li qabel kien jitwettaq minn ħaddiem ikkollokat minn persuna oħra li timpjega u dan, indipendentement minn jekk il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati jkollhomx is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru.

    Madankollu, fil-każ li jkunu jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, ikun hemm lok li jiġi eżaminat jekk il-kollokamenti magħmula mill-imsemmija persuni li jimpjegaw ikunux intiżi li jevadu l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni stabbilita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

    ( 2 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2012 (ĠU 2012, L 149, p. 4) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 883/2004”). F’dak li jirrigwarda l-verżjoni tar-Regolament Nru 883/2004 li hija applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, ara l-punti 6 u 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 3 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU 2009, L 284, p. 1), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 987/2009”).

    ( 4 ) Id-dokument portabbli A1 huwa s-suċċessur taċ-ċertifikat E 101 li kien jikkostitwixxi l-formola standard għall-attestazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal‑14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) u tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal‑21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83).

    ( 5 ) F’dak li jirrigwarda l-Kummissjoni Amministrattiva, ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament Nru 883/2004.

    ( 6 ) Ara l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 465/2012. F’dak li jirrigwarda l-perijodu kontenzjuż fil-kawża prinċipali, ara l-punt 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 7 ) Enfasi miżjuda minni. F’dak li jirrigwarda l-għan ta’ din l-emenda għall-imsemmi 12(1), ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 69 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 8 ) F’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali bejn Martin-Meat u Alpenrind fid-dawl tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2009, L 16, p. 66), ara s-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2015, Martin Meat (C‑586/13, EU:C:2015:405).

    ( 9 ) Il-Gvern Ungeriż iqiegħed fid-dubju l-ispjegazzjoni tal-qorti tar-rinviju fis-sens li d-dokumenti portabbli A1 ikkonċernati nħarġu sussegwentement għall-issuġġettar tal-ħaddiema kkonċernati għall-iskema ta’ sigurtà soċjali Awstrijaka. F’dan ir-rigward, ara l-punti 55 u 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 10 ) Ara l-punt IV tal-konklużjonijiet prinċipali tat-347 laqgħa tal-Kummissjoni Amministrattiva, li nżammet f’Amsterdam, fl-20 u fil-21 ta’ Ġunju 2016 (C.A. 827/16) u l-opinjoni tal-Bord ta’ Konċiljazzjoni tad-9 ta’ Mejju 2016, Opinion of the conciliation board in case CB-4/15 concerning Austria and Hungary, Subject: Replacement of posted workers (AC 336/16). F’dak li jirrigwarda l-isfond storiku tat-tilwima, ara l-punt 1 tal-imsemmija opinjoni.

    ( 11 ) Din id-diskussjoni ġiet riflessa fil-Gwida Prattika tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea (UE), fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fl-Isvizzera. Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet. L-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 huwa ċċitat fil-punti 6 u 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 12 ) Ara l-punt 4 tal-opinjoni tal-Bord ta’ Konċiljazzjoni tad-9 ta’ Mejju 2016, imsemmija iktar ’il fuq.

    ( 13 ) Ara l-punt 5 tal-opinjoni tal-Bord ta’ Konċiljazzjoni tad-9 ta’ Mejju 2016, imsemmija iktar ’il fuq. F’dan ir-rigward, il-Bord ta’ Konċiljazzjoni jispjega li r-rimbors tal-kontribuzzjonijiet li diġà tħallsu u l-irkupru ta’ kull benefiċċju li diġà ngħata lill-ħaddiema kkonċernati jista’ jwassal għal “inkubu amministrattiv”.

    ( 14 ) Martin Meat u Martimpex-Meat kienu rrappreżentati flimkien quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    ( 15 ) Nixtieq niġbed l-attenzjoni għax-xogħol leġiżlattiv pendenti li huwa intiż li jemenda r-Regolamenti Nru 883/2004 u Nru 987/2009 u li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament Nru 987/2009. Ara l-Proposta tal-Kummissjoni tat‑13 ta’ Diċembru 2016 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (COM(2016) 815 finali) (Artikolu 2(7) u (11) tal-imsemmija proposta u spjegazzjonijiet relatati miegħu fil-memorandum ta’ spjegazzjoni).

    ( 16 ) Il-Gvern Franċiż ma pprovdiex risposta għal din id-domanda.

    ( 17 ) Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-qorti tar-rinviju ma tagħti ebda indikazzjoni fis-sens li l-fatti mressqa quddiemha fil-kawża prinċipali jiżvelaw frodi jew abbuż ta’ dritt. Għalhekk, nitlaq mill-premessa li l-ewwel domanda preliminari ma tirrigwardax każijiet speċifiċi ta’ frodi jew ta’ abbuż, iżda tirrigwarda l-kwistjoni iktar ġenerali jekk id-dokument portabbli A1 jorbotx lill-qrati tal-Istati Membri. Ara wkoll il-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet. F’dak li jirrigwarda l-każ fejn qorti tal-Istat Membru ospitanti tikkonstata li ċ-ċertifikat E 101 ġie akkwistat jew invokat b’mod frawdolenti, ara l-konklużjonjiet tiegħi fil-kawża Altun et (C‑359/16, EU:C:2017:850).

    ( 18 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 19 ) Ara s-sentenza reċenti tas-27 ta’ April 2017, A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:309, punti 4849, u l-ġurisprudenza ċċitata). Fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar in-natura vinkolanti taċ-ċertifikat E 101, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Altun et (C‑359/16, EU:C:2017:850, punti 32 sa 34). Minħabba l-limitazzjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-validità tiegħu, iċ-ċertifikat E 101 huwa differenti minn tipi oħra ta’ attestazzjonijiet. F’dan ir-rigward, ara s-sentenza tat-12 ta’ Frar 2015, Bouman (C‑114/13, EU:C:2015:81, punti 2627). Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 20 ) Sentenza tas-27 ta’ April 2017, A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:309, punt 59). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:12, punt 56) u fil-kawża Altun et (C‑359/16, EU:C:2017:850, punt 20).

    ( 21 ) L-imsemmi Artikolu 5 huwa ċċitat fil-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet. F’dak li jirrigwarda d-definizzjoni tat-terminu “istituzzjoni”, ara l-Artikolu 1(p) tar-Regolament Nru 883/2004.

    ( 22 ) Ara l-punt 26 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 23 ) Ara s-sentenza reċenti tas-27 ta’ April 2017, A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:309, punti 4143 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 24 ) Ara, b’mod partikolari, il-punti 1 u 3 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, ippreżentata mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Jannar 2006 [KUMM(2006)16 finali].

    ( 25 ) Enfasi miżjuda minni.

    ( 26 ) F’dan ir-rigward, l-imsemmi Artikolu 6 jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, ordni ta’ prijorità li jkopri, fl-ewwel lok, il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn il-persuna attwalment twettaq l-impjieg tagħha jew taħdem għal rasha, jekk l-impjieg jew l-impjieg għal rasha jitwettaq fi Stat Membru wieħed biss.

    ( 27 ) F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 987/2009, ara wkoll il-punt 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 28 ) Ara s-sentenza tas-27 ta’ April 2017, A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:309, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 29 ) L-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004 huwa ċċitat fil-punt 5 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 30 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:12, punti 45 sa 57) u fil-kawża Altun et (C‑359/16, EU:C:2017:850, punti 35 sa 37).

    ( 31 ) F’dak li jirrigwarda r-riferiment magħmul mill-qorti tar-rinviju għall-Artikolu 267 TFUE, diġà spjegajt, fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Altun et (C‑359/16, EU:C:2017:850, punti 22 sa 26), ir-raġunijiet għalfejn inqis li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari ma hijiex adatta sabiex tirriżolvi l-kwistjoni jekk iċ-ċertifikat E 101 (li sar id-dokument portabbli A1) inħariġx b’mod korrett, f’każ speċifiku.

    ( 32 ) Ara l-punti 18 sa 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 33 ) Għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxu l-Gvern Irlandiż u l-Gvern Ungeriż, il-punt a) tat-tieni domanda preliminari ma huwiex ta’ natura ipotetika. Fil-fatt, għalkemm, f’dan il-każ, il-Gvern Ungeriż jidher li aċċetta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva li skontha d-dokumenti portabbli A1 inkwistjoni kellhom jiġu rtirati, l-awtoritajiet Ungeriżi għadhom ma wettqux dan l-irtirar. Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu, kif jenfasizza l-Gvern Irlandiż, li l-Bord ta’ Konċiljazzjoni, fl-opinjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2016, invoka l-possibbiltà li r-Repubblika tal-Awstrija u l-Ungerija jinnegozjaw ftehim dwar il-modalitajiet preċiżi ta’ implementazzjoni tal-irtirar tad-dokumenti portabbli A1 inkwistjoni u dwar il-korrezzjonijiet li għandhom isiru fir-rigward tal-ħaddiema kkonċernati, għandu jiġi kkonstatat li, sal-lum, tali ftehim ma ġiex konkluż bejn l-imsemmija Stati Membri. Ara l-punti 18 sa 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 34 ) Il-Gvern Ċek isostni, b’mod iktar partikolari, li, fil-każ previst mill-punt a) tat-tieni domanda preliminari, id-dokument portabbli A1 jitlef provviżorjament l-effett vinkolanti tiegħu u li, f’każ bħal dan, wieħed għandu jirrikorri għall-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 987/2009 dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali. F’dak li jirrigwarda l-imsemmi artikolu, ara l-punt 32 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 35 ) Sentenza tas-27 ta’ April 2017, A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:309).

    ( 36 ) Fil-punt 56 tas-sentenza tas-27 ta’ April 2017, A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:309), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li “l-awtoritajiet Franċiżi ma eżawrewx it-triq tad-djalogu mal-istituzzjoni Svizzera u lanqas ma pprovaw jirreferu għall-Kummissjoni Amministrattiva, b’tali mod li l-fatti li taw lok għal din it-tilwima ma humiex ta’ natura li jesponu l-allegati nuqqasijiet tal-proċedura ddeterminata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li juru l-impossibbiltà li jiġu riżolti sitwazzjonijiet possibbli ta’ kompetizzjoni żleali jew dumping soċjali”.

    ( 37 ) Fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar in-natura vinkolanti taċ-ċertifikat E101, ara l-punt 26 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 38 ) Sentenza tal-14 ta’ Mejju 1981, Romano (98/80, EU:C:1981:104, punt 20).

    ( 39 ) Ara s-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2014, Ir-Renju Unit vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑270/12, EU:C:2014:18, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-5 ta’ Diċembru 1967, van der Vecht (19/67, EU:C:1967:49, p. 457 u 459); tal-5 ta’ Lulju 1988, Borowitz (21/87, EU:C:1988:362, punt 19); tal-1 ta’ Ottubru 1992, Grisvard u Kreitz (C‑201/91, EU:C:1992:368, punt 25), kif ukoll tal-10 ta’ Frar 2000, FTS (C‑202/97, EU:C:2000:75, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 40 ) Ara, b’mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Ir-Renju Unit vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑270/12, EU:C:2013:562, punti 60 sa 88) u s-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2014, Ir-Renju Unit vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑270/12, EU:C:2014:18, punti 63 sa 65). Ara, f’dan ir-rigward, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li skontu l-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina, b’mod partikolari, “il-legalità ta’ l-atti ta’ korpi jew organi ta’ l-Unjoni maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi” (enfasi miżjuda minni). Barra minn hekk, skont il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti sentenzi dwar “il-validità u l-interpretazzjoni ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet, korpi jew organi ta’ l-Unjoni” (enfasi miżjuda minni).

    ( 41 ) Enfasi miżjuda minni. Ara wkoll il-punt 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament […] (KE) Nru 883/2004 (ĠU 2010, C 106, p. 1).

    ( 42 ) Regolament tal-Kunsill dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema emigranti (ĠU 1958, p. 561).

    ( 43 ) Ara s-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 1967, van der Vecht (19/67, EU:C:1967:49, p. 457), enfasi miżjuda minni.. Skont l-imsemmi Artikolu 43(a), ser tinħoloq Kummissjoni Amministrattiva bir-responsabbiltà “li tirriżolvi l-kwistjonijiet amministrattivi u l-kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni kollha li jinħolqu dwar id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jew tar-regolamenti sussegwenti, jew dwar kull ftehim jew arranġament li jiġi konkluż taħt dawn ir-regolamenti, mingħajr ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet, istituzzjonijiet u persuni kkonċernati li jirrikorru għall-proċeduri u għall-qrati stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, f’dan ir-regolament jew fit-Trattat” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

    ( 44 ) L-Artikolu 76(6) tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 987/2009 huma ċċitati fil-punti 8 u 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet, rispettivament.

    ( 45 ) Ara l-punt 18 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva Nru A1, imsemmija iktar ’il fuq.

    ( 46 ) Din l-analiżi ma tistax titqiegħed fid-dubju mill-fatt li l-Artikolu 89(3) tar-Regolament Nru 987/2009 jimponi, b’mod ġenerali, fuq l-awtoritajiet kompetenti li jiżguraw “li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji ta’ u japplikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji kollha, leġislattivi jew ta’ natura oħra, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva”. Fil-fehma tiegħi, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tfittex li tagħti lill-Kummissjoni Amministrattiva l-kompetenza sabiex tadotta atti intiżi li jipproduċu effetti legali.

    ( 47 ) Din il-ġurisprudenza ġiet ikkodifikata, inparti, fil-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 987/2009 li huma ċċitati fil-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 48 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza reċenti tas-27 ta’ April 2017, A‑Rosa Flussschiff (C‑620/15, EU:C:2017:309, punti 44 sa 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 49 ) Infakkar li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina, b’mod partikolari, il-legalità tal-atti ta’ korpi jew organi tal-Unjoni intiżi li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ terzi.

    ( 50 ) L-Artikolu 76(6) tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 987/2009 huma ċċitati fil-punti 8 u 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet, rispettivament.

    ( 51 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-29 ta’ Mejju 1997, Denuit (C‑14/96, EU:C:1997:260, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). Inqis li ma huwiex utli li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni, fil-kuntest ta’ din il-kawża, dwar il-kwistjoni jekk il-fatt li Stat Membru ma jikkonformax ruħu ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva jwassalx għal ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE.

    ( 52 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2008, CEPSA (C‑279/06, EU:C:2008:485, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 53 ) Ara l-punt 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Waqt is-seduta, il-Fond tal-Mard ta’ Salzburg spjega wkoll li d-dokumenti portabbli A1 inkwistjoni nħarġu kemm qabel kif ukoll wara l-issuġġettar tal-ħaddiema kkonċernati mill-awtoritajiet Awstrijaċi għall-iskema ta’ sigurtà soċjali Awstrijaka.

    ( 54 ) Il-Gvern Ġermaniż iqis, b’mod iktar partikolari, li l-effett vinkolanti tad-dokument portabbli A1 ma japplikax meta dan id-dokument ikun inħareġ biss wara li l-Istat Membru ospitanti jkun aċċetta uffiċjalment l-issuġġettar għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu u wara li l-Istat Membru ta’ oriġini jkun ġie informat b’dan.

    ( 55 ) Ara s-sentenza tat-30 ta’ Marzu 2000, Banks et (C-178/97, EU:C:2000:169, punti 5354). Ara wkoll is-sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2012, Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe (C‑115/11, EU:C:2012:606, punt 43), li minnha jirriżulta li ċ-ċertifikat E 101 huwa intiż li jinħareġ, bħala regola ġenerali, qabel jew fil-bidu tal-perijodu kopert minnu. Ara wkoll il-punt 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva Nru 181 tat‑13 ta’ Diċembru 2000 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 14(1), 14a(1) u 14b(1) u (2) tar-Regolament Nru 1408/71 (ĠU 2001, L 329, p. 73).

    ( 56 ) Ara l-punt 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 57 ) Enfasi miżjuda minni.

    ( 58 ) L-imsemmi Artikolu 5(1) huwa ċċitat fil-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 59 ) L-imsemmi Artikolu 19(2) huwa ċċitat fil-punt 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara wkoll l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 987/2009, li skontu l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli għandha toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009 lill-persuna kkonċernata.

    ( 60 ) Ara l-punti 27 sa 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 61 ) F’dak li jirrigwarda d-distinzjoni bejn l-effetti li jipproduċi ċ-ċertifikat E 101 u dawk li jipproduċu tipi oħra ta’ dokumenti, ara s-sentenzi tat-12 ta’ Frar 2015, Bouman (C‑114/13, EU:C:2015:81, punti 2627), u tad-9 ta’ Settembru 2015, X u van Dijk (C‑72/14 u C‑197/14, EU:C:2015:564, punti 47 sa 50).

    ( 62 ) Sentenza tat-30 ta’ Marzu 2000, Banks et (C‑178/97, EU:C:2000:169). Ara, b’mod partikolari, il-punti 5 sa 7 tal-imsemmija sentenza.

    ( 63 ) Infakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effett vinkolanti taċ-ċertifkat E 101 hija bbażata, b’mod partikolari, fuq kunsiderazzjonijiet relatati maċ-ċertezza legali tal-persuni li jiċċaqilqu fi ħdan l-Unjoni. Ara l-punt 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Nixtieq insemmi, f’dan il-kuntest, li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Fond tal-Mard ta’ Salzburg irrileva li, “[f]il-fehma tiegħu, l-uniku mod kif tiġi pprovokata deċiżjoni fuq il-mertu [kien] li jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni l-issuġġettar għall-assigurazzjoni obbligatorja, minkejja l-preżentazzjoni tad-dokumenti [portabbli] A1 tal-istituzzjoni Ungeriża”.

    ( 64 ) F’dak li jirrigwarda r-relazzjoni bejn l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Nru 987/2009, ara l-punt 32 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 65 ) Ara wkoll il-punt 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 66 ) Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2016, imsemmija iktar ’il fuq, tfittex li temenda l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004. Ara l-Artikolu 1(13) tal-imsemmija proposta u l-ispjegazzjonijiet relatati miegħu fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

    ( 67 ) Ara l-punti 18 sa 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 68 ) Enfasi miżjud minni. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li ma kienx maħsub li x-xogħol idum iktar minn 24 xahar, kif jeżiġi l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004.

    ( 69 ) Enfasi miżjuda minni. Mix-xogħol preparatorju relatat mar-Regolament Nru 465/2012 jirriżulta li din l-emenda kienet intiża li tiċċara li persuna kkollokata ma tistax tiġi sostitwita b’persuna kkollokata oħra wara li jiskadi l-perjodu ta’ kollokament tal-ewwel persuna, peress li t-terminu “stazzjonata [kkollokata]” tħalla barra bi żball fil-verżjoni inizjali tar-Regolament Nru 883/2004. Ara l-punt 5 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta tal-Kummissjoni tal‑20 ta’ Diċembru 2010 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 (KUMM(2010) 794 finali]. Ara wkoll il-punti 6 u 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 70 ) Ara l-punti 12 u 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 71 ) Ara l-punt 7 tal-Ewwel Parti tal-Gwida Prattika tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea (UE), fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fl-Isvizzera, ta’ Diċembru 2013, li minnu jirriżulta li “[i]l-ħaddiem stazzjonat [ikkollokat] ma jistax jittiħidlu postu minnufih fl-Istat Membru li jirċievi [ospitanti] A minn ħaddiem stazzjonat mill-istess impriża tal-Istat Membru B minn fejn isir l-istazzjonament [il-kollokament], u lanqas minn ħaddiem stazzjonat minn impriża differenti bbażata fl-Istat Membru B jew ħaddiem stazzjonat minn impriża bbażata fl-Istat Membru Ċ[…] [J]ekk attività fl-impriża li tirċievi tal-Istat Membru A qabel kienet imwettqa minn ħaddiem stazzjonat mill-Istat Membru B minn fejn isir l-istazzjonament, dan il-ħaddiem ma jistax jittiħidlu postu minnufih minn ħaddiem stazzjonat ġdid minn kwalunkwe Stat Membru. Irrispettivament minn liema impriża ikun ġej il-ħaddiem stazzjonat il-ġdid jew minn liema Stat Membru minn fejn isir l-istazzjonament – ħaddiem stazzjonat ma jistax jittiħidlu postu minnufih minn ħaddiem stazzjonat ieħor”. Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li din il-verżjoni tal-Gwida Prattika ġiet ippubblikata biss wara l-perijodu kontenzjuż li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali. Il-verżjoni preċedenti tal-Gwida Prattika tal-Kummissjoni Amministrattiva, ta’ Jannar 2011, ma kinitx tinkludi din l-ispjegazzjoni.

    ( 72 ) La Martin Meat u Martimpex-Meat u lanqas il-Gvern Irlandiż ma pprovdew risposta għat-tielet domanda preliminari.

    ( 73 ) Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 74 ) Martin-Meat u Martimpex-Meat isostnu li ma teżisti ebda rabta ta’ proprjetà, ta’ organizzazzjoni jew ta’ ġestjoni bejn iż-żewġ kumpanniji. B’mod simili, il-Gvern Ungeriż isostni li din il-kawża tirrigwarda persuni ġuridiċi li huma differenti minn xulxin. Min-naħa l-oħra, il-Gvern Awstrijak isostni li teżisti identiċità qawwija fir-rigward tal-ismijiet u tal-istruttura organizzattiva taż-żewġ persuni li jimpjegaw u, parzjalment, fir-rigward tal-ħaddiema kkollokati wkoll.

    ( 75 ) Nixtieq nispeċifika li, fil-fehma tiegħi, il-punt b) tat-tielet domanda preliminari ma huwiex ta’ natura ipotetika b’mod li jwassal għall-inammissibbiltà tiegħu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Abbażi tad-deċiżjoni tar-rinviju, jidhirli, fil-fatt, li l-qorti tar-rinviju, f’dan l-istadju, għadha ma qatgħetx il-kwistjoni jekk jeżistux jew le, f’dan il-każ, rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati, sa fejn din il-kwistjoni tqum biss li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiċħad interpretazzjoni wiesgħa tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni.

    ( 76 ) F’sens analogu fir-rigward tal-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (il-predeċessur tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004), ara s-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2000, Plum (C‑404/98, EU:C:2000:607, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli, ara l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004, li huwa ċċitat fil-punt 5 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 77 ) Ara l-punt 5 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara wkoll il-premessa 17 tar-Regolament Nru 883/2004.

    ( 78 ) F’sens analogu fir-rigward tal-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (il-predeċessur tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004), ara s-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2000, Plum (C‑404/98, EU:C:2000:607, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll il-premessi 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva Nru A2 tat‑12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU 2010, C 106, p. 5).

    ( 79 ) L-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 huwa ċċitat fil-punti 6 u 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara wkoll il-premessa 18 tar-Regolament Nru 883/2004 li skontha “[f’]sitwazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw kriterji oħra ta’ applikabilità, jkun hemm il-bżonn li jsiru derogi minn dik ir-regola ġenerali”.

    ( 80 ) Enfasi miżjuda minni. Ara s-sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2012, Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe (C‑115/11, EU:C:2012:606, punt 31).

    ( 81 ) Regolament tal-Kunsill tal 10 ta’ Marzu 1964 li jemenda l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 3 u l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 4 (leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiema kkollokati u għall-ħaddiema li normalment iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’diversi pajjiżi) (ĠU 1964, Nru 47, p. 746).

    ( 82 ) L-Artikolu 13(a) l-antik tar-Regolament Nru 3 kien jipprevedi “tul probabbli” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li ma jeċċedix tnax-il xahar, li seta’ jiġi estiż għal erbgħa u għoxrin xahar. Infakkar li l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 “[tul] maħsub” li ma jeċċedix erbgħa u għoxrin xahar. Ara l-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 83 ) Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Dutheillet de Lamothe fil-kawża Manpower (35/70, mhux ippubblikati, EU:C:1970:104, p. 1265), li jirrileva li “[l-Artikolu 13(a) tar-Regolament Nru 3] kien ta lok għal xi abbużi. Ċerti impriżi kienu jiftħu postijiet tax-xogħol barra mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u kienu jwettqu r-rotazzjonijiet neċessarji permezz tal-persunal ikkollokat sabiex dan il-persunal ikun jista’ jibqa’ suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini li fih il-piżijiet soċjali kienu inqas għolja milli fil-pajjiż li fih dan il-persunal kien impjegat. Dawn il-prattiki ġew ikkonstatati b’mod partikolari fi Franza, fl-industrija tal-bini u tal-injam. Min-naħa l-oħra, kien ġie kkonstatat, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Ġermanja, li ‘persuni li jirreklutaw’ jew ‘subimprendituri’ li huma stess ma kellhomx il-kwalità ta’ persuni li jimpjegaw fl-ewwel pajjiż kienu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-imprendituri tat-tieni pajjiż ħaddiema li kienu jibqgħu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tal-ewwel pajjiż”. L-osservazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-introduzzjoni, b’mod parallel, tal-kunċett ta’ “kollokament”, fit-test tal-Artikolu 13(a) tar-Regolament Nru 3. Ara, wkoll, il-ħames rapport annwali tal-kummissjoni amministrattiva dwar l-implementazzjoni tar-regolamenti dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema, Jannar‑Diċembru 1963, p. 12 u p. 56. Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża FTS (C‑202/97, EU:C:1999:33, punt 26) li wkoll jagħmel riferiment għall-introduzzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sostituzzjoni.

    ( 84 ) L-Artikolu 13(a) tar-Regolament Nru 3, kif emendat bir-Regolament Nru 24/64, kien jipprovdi li l-ħaddiem ikkollokat “ma jintbagħatx biex jieħu post ħaddiem ieħor li jkun għalaqlu l-perijodu ta’ kollokament tiegħu” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 kien jipprovdi li l-ħaddiem ikkollokat “ma jintbagħatx biex jieħu post ħaddiem ieħor li jkun għalaqlu ż-żmien tiegħu fuq il-post [l-perijodu ta’ kollokament tiegħu]”. L-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 huwa ċċitat fil-punti 6 u 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 85 ) Ċerti verżjonijiet lingwistiċi saħansitra jistabbilixxu li l-persuna ma tistax tintbagħat “biex” tissostitwixxi lil persuna kkollokata oħra. Ara, b’mod partikolari, il-verżjoni bid-Daniż (“ikke udsendes for at afløse en anden person”), bl-Ingliż (“not sent to replace another person”), u bl-Isvediż (“inte sänds ut för att ersätta någon annan person”). Min-naħa l-oħra, il-verżjoni bil-Ġermaniż tipprovdi li l-persuna ma tissostitwixxix lil persuna oħra (“nicht eine andere [entsandte] Person ablöst”). L-emendi għall-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 magħmula permezz tar-Regolament Nru 465/2012 ma jaffettwaw b’ebda mod din l-analiżi tad-diversi verżjonijiet lingwistiċi. Ara l-punti 6 u 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 86 ) Infakkar li l-analiżi esposta f’din it-taqsima tirrigwarda l-każ li ma jkunux jeżistu rabtiet personali u/jew rabtiet ta’ natura organizzattiva bejn il-persuni li jimpjegaw ikkonċernati. Ara l-punti 78 u 79 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 87 ) Ara wkoll il-punt 83 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 88 ) Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jeżiġi, b’mod partikolari, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta dawn jista’ jkollhom konsegwenzi żvantaġġużi. Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2008, Altun (C‑337/07, EU:C:2008:744, punt 60).

    ( 89 ) Infakkar li l-qorti tar-rinviju ma tipprovdi ebda indikazzjoni li l-fatti mressqa quddiemha fil-kawża prinċipali jistgħu jikkostitwixxu frodi jew abbuż ta’ dritt. Ara l-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 90 ) Ara l-punt 84 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 91 ) F’dan ir-rigward, ara l-punt 7 tal-Ewwel Parti tal-Gwida Prattika tal-Kummissjoni Amministrattiva, ta’ Diċembru 2013, imsemmi iktar ’il fuq, li minnu jirriżulta li, “[m]ill-perspettiva tal-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru minn fejn isir l-istazzjonament [il-kollokament], il-kundizzjonijiet tal-istazzjonar jistgħu jidhru li huma ssodisfatti meta jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet tal-istazzjonar”.

    ( 92 ) F’dan il-każ, Martin-Meat u Martimpex-Meat jindikaw li, fil-21 ta’ Marzu 2016, l-awtoritajiet ta’ sigurtà soċjali Awstrijaċi bagħtu lil Martimpex-Meat avviż għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-imsemmija ħaddiema għal ammont ta’ iktar minn EUR 4 miljun, flimkien ma’ interessi moratorji, jiġifieri total ta’ madwar EUR 5 miljun.

    ( 93 ) Ara l-punt 72 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 94 ) Ara l-punt 79 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 95 ) Ara l-punt 78 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 96 ) Ara s-sentenza tat-22 ta’ Novembru 2017, Cussens et (C‑251/16, EU:C:2017:881, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 97 ) Ara l-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    Top