Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0669

    Kawża C-669/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa — Artikolu 4(1) — Annessi II u III — Denominazzjoni ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) — Foċena komuni)

    ĠU C 455, 17.12.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 455/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-669/16) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa - Artikolu 4(1) - Annessi II u III - Denominazzjoni ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) - Foċena komuni))

    (2018/C 455/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Norris-Usher u C. Hermes, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: G. Brown, aġent, assistit minn R. Palmer u M. Armitage, barristers)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma pproponiex u ma ttrażmettiex, fit-terminu previst, konformement mal-Artikolu 4(1) kif ukoll mal-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, lista li tindika numru suffiċjenti ta’ siti li jospitaw il-foċena komuni (Phocoena phocoena), u billi, f’dan ir-rigward, ma kkontribwixxiex, konformement mal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, għall-kostituzzjoni tan-netwerk Natura 2000 skont ir-rappreżentanza, fit-territorju tiegħu, ta’ habitats ta’ din l-ispeċi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont dawn id-dispożizzjonijiet.

    2)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 63, 27.02.2017


    Top