Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0429

    Kawża C-429/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Redundancies kollettivi — Direttiva 98/59/KE — Artikolu 1(1) u Artikolu 2 — Kunċett ta’ “redundancies” — Assimilazzjoni mar-redundancies ta’ “termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem” — Bidla unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni — Determinazzjoni tal-“intenzjoni” tal-persuna li timpjega li twettaq redundancies)

    ĠU C 392, 20.11.2017, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi

    (Kawża C-429/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Redundancies kollettivi - Direttiva 98/59/KE - Artikolu 1(1) u Artikolu 2 - Kunċett ta’ “redundancies” - Assimilazzjoni mar-redundancies ta’ “termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem” - Bidla unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni - Determinazzjoni tal-“intenzjoni” tal-persuna li timpjega li twettaq redundancies))

    (2017/C 392/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Łodzi

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Małgorzata Ciupa, Jolanta Deszczka, Ewa Kowalska, Anna Stańczyk, Marta Krzesińska, Marzena Musielak, Halina Kaźmierska, Joanna Siedlecka, Szymon Wiaderek, Izabela Grzegora.

    Konvenuti: II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidla unilaterali, għad-detriment tal-ħaddiema, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni li, fil-każ ta’ rifjut tal-ħaddiem, twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tista’ titqies bħala “redundancy”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega għandha twettaq il-konsultazzjonijiet previsti f’dan l-aħħar artikolu meta hija tipprevedi li twettaq tali bidla unilaterali tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva jkunu ssodisfatti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    (1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


    Top