Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0340

    Kawża C-340/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG vs Mutuelles du Mans assurances – MMA IARD SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 9(1) — Artikolu 11(2) — Ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni — Azzjoni diretta tal-vittma kontra l-assiguratur — Azzjoni tal-persuna li timpjega lill-vittma, stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku, ċessjonarju ipso jure tad-drittijiet tal-impjegat tiegħu kontra l-assiguratur tal-vettura involuta — Surroga

    ĠU C 300, 11.9.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG vs Mutuelles du Mans assurances – MMA IARD SA

    (Kawża C-340/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 9(1) - Artikolu 11(2) - Ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni - Azzjoni diretta tal-vittma kontra l-assiguratur - Azzjoni tal-persuna li timpjega lill-vittma, stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku, ċessjonarju ipso jure tad-drittijiet tal-impjegat tiegħu kontra l-assiguratur tal-vettura involuta - Surroga)

    (2017/C 300/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG

    Konvenut: Mutuelles du Mans assurances – MMA IARD SA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, stabbilita fi Stat Membru, li baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha assenti wara inċident tat-traffiku u li ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-kumpannija li tassigura r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-vettura involuta f’dan l-inċident, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor, tista’, bħala “parti li tkun ġarrbet il-ħsara”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, tħarrek lil din il-kumpannija ta’ assigurazzjoni quddiem il-qrati tal-ewwel Stat Membru, meta azzjoni diretta tkun possibbli.


    (1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


    Top