Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0326

    Kawża C-326/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 – LL vs Il-Parlament Ewropew (Appell — Rikors għal annullament — Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Ammissibbiltà — Terminu għall-preżentata tar-rikors — Komputazzjoni — Ex membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni dwar l-irkupru tal-allowance ta’ assistenza parlamentari — Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament — Artikolu 72 — Proċedura ta’ lment fi ħdan il-Parlament — Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju — Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha)

    ĠU C 134, 16.4.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 – LL vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża C-326/16 P) (1)

    ((Appell - Rikors għal annullament - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Komputazzjoni - Ex membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni dwar l-irkupru tal-allowance ta’ assistenza parlamentari - Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament - Artikolu 72 - Proċedura ta’ lment fi ħdan il-Parlament - Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju - Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha))

    (2018/C 134/05)

    Lingwa tal-proċedura: il-Litwan

    Partijiet

    Appellanti: LL (rappreżentant: J. Petrulionis, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Toliušis, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2016, LL vs Il-Parlament (T-615/15, mhux ippubblikat, EU:T:2016:432) huwa annullat.

    2)

    Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 343, 19.09.2016.


    Top