Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0156

    Kawża C-156/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 — Artikolu 1(3) — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 78 — Regola li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju antidumping individwali għall-preżentazzjoni ta’ fattura valida — Ammissibbiltà tal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali — Rifjut ta’ rimbors)

    ĠU C 412, 4.12.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201711170081555432017/C 412/121562016CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL201710127711

    Kawża C-156/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 — Artikolu 1(3) — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 78 — Regola li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju antidumping individwali għall-preżentazzjoni ta’ fattura valida — Ammissibbiltà tal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali — Rifjut ta’ rimbors)

    Top

    C4122017MT710120171012MT00127171

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut

    (Kawża C-156/16) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 — Artikolu 1(3) — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 78 — Regola li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju antidumping individwali għall-preżentazzjoni ta’ fattura valida — Ammissibbiltà tal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali — Rifjut ta’ rimbors)”

    2017/C 412/12Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht München

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Tigers GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Landshut

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza li tiġi ppreżentata, sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali, fattura kummerċjali valida, għall-finijiet tal-iffissar ta’ dazju antidumping definittiv, meta l-kundizzjonijiet preliminari l-oħra kollha neċessarji għall-kisba ta’ rata ta’ dazju doganali antidumping speċifika għall-impriża huma ssodisfatti u meta l-osservanza tal-applikazzjoni tajba tad-dazji antidumping hija żgurata, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    ( 1 ) ĠU C 211, 13.6.2016.

    Top